Dan id-Direttorat huwa responsabbli mit-tmexxija tat-taqsimiet li huma mniżżla hawn taħt bil-għan li jipprovdi servizz ta’ kwalità liċ-ċittadin waqt li jkun qed jamministra sussidji u skemi li joħorġu minn żmien għal żmien mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll li jipprovdi servizz fil-komunità lil dawk vulnerabbli, anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali, li jipprovdi faċilitajiet u servizzi lill-persuni li jipprattikaw l-isport f’Għawdex.
Dawn it-taqsimiet hawn taħt jagħmlu parti mid-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex:
• Taqsima Kura tal-Anzjani u Persuni bi bżonnijiet speċjali
• Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta għall-Persuni b’ diżabilita’
• Uffiċċju Akkomodazzjoni Soċjali
• L-Uffiċċju Industrijali tax-Xogħol u Relazzjonijiet
• L-Uffiċċju tal-Liċenzji u tat-Testijiet
• L-Ispettorat tas-Saħħa u l-Uffiċċju tas-Servizzi
• Uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali – Rabat u Nadur
• Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
Link għall-Mistoqsijiet tal-Helpdesk: https://helpdesk.mgp.gov.mt
Ikkuntattjana
Indirizz
Direttorat tas-Servizzi Għawdex,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335
Tel