Iċ-Ċentru Sportiv ta’ Għawdex jammira li jkollu l-ogħla standards ta’ attivitajiet sportivi, joffri kwalità għolja ta’ opportunitajiet ta’ sports, u ta’ ħajja b’saħħitha għal dawk li jgħixu Għawdex. Irid jiġi żgurat li kulħadd igawdi ugwalment mill-opportunitajiet tal-isports ipprovduti f’firxa wiesgħa u varja ta’ attivitajiet. Iċ-Ċentru tal-iSports f’Għawdex huwa kontinwament involut ma’ clubs sportivi lokali u assoċjazzjonijiet, biex itejbu l-abbiltajiet tal-atleti lokali.

Minħabba x-xogħol infrastrutturali li għadu għaddej, iċ-Ċentru Sportiv u Akwatiku f’Għawdex, qiegħed jiġi operat mill-indirizz taħt imsemmi:

Il-Kumpless tal-iSports f’Għawdex,
Każin tal-Banda San Girgor,
Pjazza Orvieto,
Ta’ Kerċem, Għawdex,
KCM 1360

Is-servizzi offruti bħalissa huma:

– Table Tennis (offrut fis-Sala tal-Każin tal-Banda San Girgor, Ta’ Kerċem).

– Gymanstics (offruti fis-Sala tal-Każin tal-Banda San Girgor, Ta’ Kerċem).

– Aerobics ((offruti fis-Sala tal-Każin tal-Banda San Girgor, Ta’ Kerċem).

– Martial Arts (offrut fis-Sala tal-Każin tal-Banda San Girgor, Ta’ Kerċem).

– Tennis (offrut mit-Tennis Court Ta’ Kerċem).

– Badminton (offrut fil-Gaudos Gym tas-Seminarju).

– Basketball (offrut fil-Gaudos Gym tas-Seminarju).

– Volleyball (offrut fil-Gaudos Gym tas-Seminarju).

Il-bookings għas-servizzi jistgħu jsiru fuq: https://mgpservices.gov.mt jew billi tniżżel l-applikazzjoni tal-mowbajl “MyGozo”.

Ħlasijiet:

– Il-Membership Annwali – €10 għal kull persuna u €15 kull familja.

– L-Użu tal-Post: Klassijiet/Attivtajiet – €10 għal 90 minuta jew parti minnha.

– Table Tennis – €4 għal 90 minuta jew parti minnha.

– Tennis – €4 għal 90 minuta jew parti minnha.

– Member’s Guest – €1 għal 90 minuta jew parti minnha.

– Student individwali taħt it-18-il sena – B’xejn.

Attivitajiet:

– Programm Winter On the Move.
– Programm Summer On the Move.
– Yoga, Gymnastics, Aerobics, Martial arts.

Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 21556099 / +356 22155991

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08.00 – 21.00
Is-Sibt: Mit-08.00 – 17.00
Il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi: Mit-08.00 – 16.00

Żebbuġ Shooting Range

Iż-Żebbuġ Shooting Range, li jinsab fil-limiti taż-Żebbuġ, Għawdex, iservi bħala post rekreattiv biex jisparaw u jipprattikaw fuq Clay Target Shooting Disciplines.

Servizzi u Attivitajiet:

– Sezzjonijiet ta’ taħriġ fil-Clay Target Shooting (Olypic Trap, skeet, Down-the-           Line (DTL) u Sporting).

– Simulation Shooting Facility.

– Non-Shooting License Events (package li jinkudi l-ewwel ġurnata shooting             insurance, gun rental, 25 targets, 25 shells u Range Officer services).

Il-kompetizzjonijiet huma organizzati mill-Gozo Clay Target Association matul is-sena. Il-booking jista’ jsir bit-telefown jew mill-paġna tal-facebook tal-Club.

Ħlasijiet:

– Sħubija Annwali – €20 kull persuna.
– Rounds – (Membri) – €3.50 għal kull round ta’ 25 targets.
– Rounds – (Mhux Membri) – €5 għal kull round ta’ 25 targets.
– Non-shooting license events – €35 kull ġurnata.

Kuntatt:
Imejl: [email protected] / [email protected]
In-numru tal-Mobile – Joseph Attard: +356 99491352

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Sajf (1 ta’ April – 30 ta’ Settembru) It-Tnejn magħluq. Mit-Tlieta sal-Ħadd: 13.00 – 18.30
Xitwa (1 ta’ Ottubru – 31 ta’ Marzu) It-Tnejn magħluq. Mit-Tlieta sal-Ħadd: 13.00 – 16.00

Indirizz:
Żebbuġ Shooting Range,
Triq Għajn Mhelel,
Żebbuġ, Għawdex,
ZBB 1501

Meta jkun hemm il-kompetizzjonijiet, ikun miftuħ il-ġurnata kollha.

Il-Korsa Ta’ Xħajma

Il-Korsa ta’ Xħajma, li għandha firxa ta’ madwar kilometru, tinsab fil-limiti tax-Xewkija, u hija l-unika korsa f’Għawdex. It-tiġrijiet isiru fi tmiem il-ġimgħa, kull ħmistax. Il-kalendarju annwali jinkludi wkoll attivitajiet oħra. L-attivitajiet tat-tiġrija huma miftuħa kemm għall-parteċipanti lokali u kemm għal dawk barranin, u għall-viżitaturi.

Servizzi u Attivitajiet

Il-Korsa hija miftuħa għal taħriġ u għal kompetizzjonijiet. It-Tiġrijiet isiru kull nhar ta’ Ħadd minn Ottubru sa Mejju. Classic trotting horse, ponies u Shetland horses, fost oħrajn, huma l-iżjed biex jikkompetu fil-kompetizzjoni. Matul is-sena, l-attivitajiet ewlenin organizzati minn Ta’ Xħajma jinkludu l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel, u t-tazza mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Kuntatt:
Numru tat-Telefown: +356 22156812

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Is-Sajf (1 ta’ April – 30 ta’ Settembru) Mil-04.30 – 21.00
Ix-Xitwa (1 ta’ Ottubru – 31 ta’ Marzu) Mil-04.30 – 20.00

Indirizz:
Il-Korsa taż-Żwiemel,
Triq ir-Rabat,
Ix-Xewkija, Għawdex,
XWK 9064

FacebookTwitter
għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.