Ir-rwol tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa li jassigura u jġib il-prosperità ekonomika u soċjali għall-entitajiet Għawdxin u r-residenti ta’ Għawdex, jieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi uniċi u distinti ta’ din il-gżira filwaqt li jagħmel il-Gżejjer Maltin post aktar pjaċevoli fejn wieħed jgħix.
Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għandu rwol importanti sabiex jinfluwenza l-politika nazzjonali u t-twassil ta’ programmi ta’ finanzjament nazzjonali għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ Għawdex u tar-residenti. Permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Ministeru jaġixxi wkoll f’isem il-komunità biex jipprovdi ambjent bilanċjat u sostenibbli, u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-komunità permezz ta’ servizzi ta’ ppjanar trasparenti u ġusti, illum u għada.
Matul is-snin il-Ministeru mexxa u implimenta b’suċċess firxa wiesgħa ta’ proġetti kapitali kbar fil-gżira. L-investimenti li saru u dawk li qed isiru bħalissa f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jirriflettu r-reżiljenza tiegħu, ir-rieda u d-determinazzjoni tal-ħaddiema.
Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-gżira Għawdxija, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kontinwament jinvesti u jamministra skemi speċifiċi għas-settur, kampanji promozzjonali u programmi kulturali bil-għan li jattira investiment, jiddiversifika l-ekonomija tal-gżira u joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda. Il-Ministeru jagħraf il-ħtieġa li titwettaq strateġija ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira, li tinkludi għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa impenjat fir-rwol tiegħu li jattwa għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin u se jkompli bil-ħidma tiegħu biex mhux biss ikollu impatt pożittiv fuq il-benesseri soċjali u ekonomiċi tal-popolazzjoni Għawdxija u l-komunità kummerċjali tagħha, iżda wkoll biex ikompli jikkonsolida l-impatt pożittiv ta’ Għawdex fuq in-nazzjon. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħaddan diversi valuri ewlenin li jiggwidaw l-operat u d-deċiżjonijiet tiegħu: Ekwità u Trasparenza, Effiċjenza u Puntwalità, Integrità u Żvilupp Sostenibbli. Dawn il-valuri jservu bħala l-pedament li fuqu jopera l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, li jiggwida l-isforzi tiegħu lejn it-titjib ta’ Għawdex u r-residenti tiegħu filwaqt li jiżgura ppjanar u żvilupp responsabbli u ekwu għall-Gżejjer Maltin.
🇲🇹 Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2026 🎭
L-applikazzjonijiet issa huma miftuħa għall-edizzjoni tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex li ser isir bejn is-Sibt, 8 ta’ Frar, u t-Tlieta, 17 ta’ Frar 2026.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online sas-6 ta’ Ġunju 2025 fuq is-sit elettroniku 👉🏻 mgozservices.gov.mt/eforms/frontEnd/?form=gozo_carnival_2026_costume_competition_for_children u mgozservices.gov.mt/eforms/frontEnd/?form=gozo_carnival_2026
Fuq dan is-sit issibu:
• Il-Formola tal-Applikazzjoni
• Il-Linji Gwida
• Ir-Regolamenti Uffiċjali
Il-parteċipanti jistgħu japplikaw għal diversi konkorsi kif ukoll għall-Kompetizzjoni tal-Kostumi tal-Karnival għat-tfal.
🇬🇧 Applications Open for the Gozo Regional Carnival 2026🎭
The Gozo Regional Carnival 2026 will be held from Saturday, 8th February to Tuesday, 17th February 2026.
Applications for participation are now open and can be submitted online until 6th June 2025 at 👉🏻 mgozservices.gov.mt/eforms/frontEnd/?form=gozo_carnival_2026_costume_competition_for_children u mgozservices.gov.mt/eforms/frontEnd/?form=gozo_carnival_2026
On this website, you will find:
• The Application Form
• The Guidelines
• The Official Regulations
Participants may apply for various competitions, including the Children’s Carnival Costume Competition.
... See MoreSee Less