Il-Ministru Clint Camilleri, Perit fil-professjoni, ilu jservi bħala Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar minn Jannar tal-2024. Huwa nħatar Ministru għal Għawdex għall-ewwel darba fl-2020, u reġa’ ġie kkonfermat wara l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2022. Clint Camilleri studja fl-Universitajiet ta’ Malta u Ketucky, l-Istati Uniti, u b’suċċess iggradwa bħala Perit u Inġinier.

Imrobbi minn familja involuta fil-politikà, huwa kompla fuq il-passi ta’ nannuh u tal-mibki missieru. Il-Perit Camilleri kien l-ewwel Sindku elett fl-2012 f’raħal twelidu, il-Qala.

Fl-2017, huwa kkontesta b’suċċess l-elezzjoni ġenerali u ġie elett membru tal-parlament fit-13-il distrett. Huwa nħatar Segretarju Parlamentari għall-Agrikulura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Clint Camilleri huwa miżżewweġ lil Dr Deborah Camilleri u huwa missier ta’ żewġt ibniet.

għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.