L-għan ta’ din it-taqsima hu li toffri servizzi li jgħinu lill-anzjani u persuni b’diżabbilità fil-ħtiġijiet tagħhom li dejjem qegħdin jinbidlu u biex kemm jista’ jkun iħajruhom jgħixu ħajja indipendenti u attiva.

Is-servizzi offruti minn din it-Taqsima huma dawn:

– Telecare – Dawk li għandhom il-karta r-roża, huma eleġibbli għal dan is-servizz.

– Ħlas lura fuq il-kera tat-telefown – Dawk li għandhom il-karta r-roża, huma             intitolati għall-ħlas lura fil-kera tat-telefown.

– Servizz ta’ Handyman – Jissejjaħ għal xogħol ta’ tiswijiet u manutenzjoni żgħar.

– Servizz ta’ Inkontinenza – Dan is-servizz jingħata lil persuni bi problemi ta’               inkontinenza li għandhom iżjed minn 60 sena u lill-persuni bi bżonnijiet                   speċjali.

– Għajnuna fid-Dar – Servizz lill-persuni ta’ aktar minn 65 sena u lill-persuni bi           bżonnijiet speċjali, għajnuna fit-tindif, qadjiet, xiri u ġbir ta’ mediċini.

– Meals on Wheels – 3-course meal għall-persuni ta’ aktar minn 60 sena u                   persuni bi bżonnijiet speċjali.

– Hairdresser – Servizz ta’ qtugħ ix-xagħar lill-persuni li ma jqumux mis-sodda,           wheel chairs, u oħrajn li ma joħorġux mid-dar.

– Fiżjoterapija – Servizz offrut lill-persuni li ma jqumux mis-sodda, wheelchairs u       oħrajn li ma joħorġux mid-dar.

– Day Centre – Dan huwa servizz ipprovdut sabiex anzjani jkunu jistgħu iqattgħu     ftit ħin flimkien.

– Applikazzjoni għad-djar tal-anzjani – Dan huwa servizz sabiex anzjani jkunu           jistgħu jidħlu ġewwa djar tal-anzjani.

– Università tat-Terza Età – Jingħataw taħditiet ta’ interess lill-persuni anzjani fil-       Campus tal-Università f’Għawdex. Dan isir bejn Ottubru u Ġunju.

– Respite (Dar San Lawrenz) – Din id-dar tipprovdi servizz lill-persuni li huma             dipendenti fuq il-qraba tagħhom.

– Ċentru ta’ matul il-jum Casa Amalia – Dan huwa ċentru għan-nies anzjani li           jbatu mid-Dimenzja. Joffri wkoll għajnuna għal min irid jorqod hemm bil-lejl.

– Kenn għal-lejl (Xagħra) – Dan huwa post fejn l-anzjani jistgħu jorqdu bil-lejl.

– Be Active – Eżerċizzi u Yoga jingħataw lill-anzjani.

– Ċentru tal-Active Ageing – Diskussjonijiet, Krafts u Eżerċizzji lill-anzjani.

– Xogħol Soċjali – Assistenza li tingħata lill-anzjani fi ħdan il-kommunità li                   għandhom problemi soċjali.

– Għajnuna sabiex isiru x-xirjiet u xiri tal-Mediċini – Dan huwa servizz mogħti lill-       anzjani li jgħixu għal rashom u li ma jistgħux iħallu djarhom. Persuni li jgawdu       mis-servizz tal-Homehelp ma jistax ikollhom dan is-servizz ukoll.

Kuntatt:
Imejl: elderly.mgp@gov.mt
Numru tat-Telefown: +356 22156620

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:30 – 14:30
Is-Sibt: Mis-07:30 – 11:30

Indirizz:
Ħsieb lill-Anzjani u lill-Persuni b’Diżabbilità,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

FacebookTwitter