L-Ispettorat tas-Saħħa jagħmel parti mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tar-Regolamenti tas-Saħħa u Ambjentali, tal-Ministeru tas-Saħħa. Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali huma responsabbli għall-ħarsien tas-saħħa umana. Dan jitwettaq billi:

– Jiżgura li l-ikel ipprovdut, imqassam u nnegożjat, u użat min-nies, ikun ta’               kwalità tajba u iġeniku, u jilħaq l-ogħla standards tas-saħħa.

– Li jitwettqu azzjonijiet marbuta mas-Saħħa ambjentali, ġejjin mill-Att tas-               Saħħa Pubblika, (Act XIII 2003: Kapitlu 465).

– Parteċipazzjoni fi ħwejjeġ ta’ natura tas-Saħħa kif mitlub minn żmien għal             żmien mid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa permezz tad-Direttur Ambjentali tas-         Saħħa.

Servizzi:

– Investigazzjoni ta’ ħwejjeġ tas-Saħħa Pubblika.

– It-Tnaqqis ta’ inċidenti fejn hemm mard li jittieħed u riskji oħra tas-saħħa.

– Immonitorjar ta’ prodotti ta’ ikel sustanzjuż.

– L-immonitorjar ta’ kwalità tal-ilma għax-xorb u ilma ieħor.

– L-immonitorjar ta’ istituzzjonijiet.

– Il-kontroll fuq annimali gerriema.

– Ħarsien fl-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ikel.

– Superviżjoni fuq id-dfin li jsir kif suppost u dwar il-fdalijiet ta’ mejtin li jittieħdu       barra minn Malta.

– Rakkomandazzjonijiet lill-awtorijiet liċenzajti, u l-ħruġ ta’ liċenzji li huma tas-         Supretendent tas-Saħħa.

Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156500 / +356 22156400

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07.00 – 15.00

Indirizz:
L-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

FacebookTwitter
għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.