L-e-Residence Unit huwa involut fil-proċess ta’ ħruġ ta’ dokumenti relatati mar-residenza. Dan jinvolvi l-implimentazzjoni skont il-proviżjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ ċittadini tal-UE li jistgħu jmorru minn post għal ieħor u regolamenti oħra marbuta ma’ dokumentazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Ċittadini tal-UE li jeżerċitaw it-Trattat tad-Drittijiet f’Malta jingħataw ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li juri il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-immigrazzjoni f’Malta. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinħarġilhom permess mill-awtoritajiet li joqogħdu f’Malta li jħallihom jivvjaġġaw mingħajr il-bżonn ta’ visa ġewwa s-Schengen Area u li jaqsmu l-fruntiera esterna tagħha.

Ċittadini tal-UE

Ċittadini tal-UE, EEA u Żvizzeri li qagħdu Malta għal tliet xhur u għadhom ma rreġistrawx id-dokument tar-residenza tagħhom jew li jeħtieġu jġeddu d-dokument tar-residenza huma mitluba li jibagħtu t-talba tagħhom permezz tal-imejl fuq: [email protected]

Wara jkun meħtieġ li l-applikant iżur personalment b’appuntament l-Uffiċċju tar-Residenza sabiex isiru l-analiżi bijometriċi.

L-Applikazzjonijiet għall-ċittadini tal-UE huma:

– Xogħol/Impjegati għal rashom.

– Studju.

– Awtosuffiċjenza Ekonomika.

– Membri tal-Familja.

– Ir-Residenza Permanenti.

– Eżenzjonijiet.

– Tibdil fl-Indirizz/Karta tal-Identità mitlufa.

Ara l-URL ta’ Identita’ website għal aktar tagħrif: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-sec-page-eu-nationals/

Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi

Il-permess ta’ residenza li għandu fatturi bijometriċi jagħti d-dritt lill-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment f’Malta.

Applikanti għall-permess tar-residenza, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji msemmija hawn taħt huma mitluba li jagħmlu l-applikazzjoni onlajn fuq il-link: https://noneu.identita.gov.mt/

Applikazzjonijiet disponibbli għal Ċittadini mhux tal-UE huma:

– Studju.

– L-iskema tar-Residenza Permanenti.

– Economically Self-Sufficient.

– Bdil ta’ Indirizz/Karta tal-Identità mitlufa.

– Temporanjament.

– Sieħba/Sieħeb.

– Skopijiet tas-Saħħa.

– Intenzjonijiet Reliġjużi.

– Vittmi tat-Traffikar Uman.

– Ħaddiema Volontarji.

– Vaganza tax-Xogħol.

– Ħaddiema Stazzjonati.

Għall-applikazzjonijiet li jidhru hawn taħt ibgħat imejl fuq: [email protected]

– Membru tal-Familja.
– Residenza fit-tul.
– Eżenzjoni*

*Applikanti mhux tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw bi skop ta’ Persuni Eżenti, huma suġġetti għal-intervista. Għall-appuntament għall-intervisti, ibgħat imejl fuq: [email protected] Ser tkun mitlub li żżur l-uffiċċju tal-e-Residence b’appuntament sabiex jittieħdu d-dettalji bijometriċi.

Għal aktar informazzjoni idħol fuq il-website ta’ Identita’: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-sec-page-noneu-nationals/

Single Work Permit

Is-Single Permit jawtorizza ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex legalment joqogħdu u jsibu xogħol f’Malta għal ċertu żmien liema żmien jista’ jiġi mġedded. Skont il-legislazzjoni sussidjarja 217.17, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu japplikaw meta jkunu għadhom barra minn Malta jew meta legalment ikunu fit-territorju Malti.

Applikazzjonijiet għall-permess ta’ residenza jridu ikunu ffirmati minn min iħaddimhom u l-permess jispiċċa jekk l-applikant ma jibqax f’dak ix-xogħol. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn fuq: https://singlepermit.gov.mt/

Talbiet għal bdil tal-indirizz jew cards mitlufa li jaqgħu taħt l-SWP, iridu jsiru online fuq is-sit imsemmi. Dan jista’ jsir jew mill-applikant billi jidħol bl-e-ID jew minn min jimpjegah.

Is-Single Work Permit jinsab fuq is-sit ta’ Identità fil-link: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-non-eu-nationals-single-permit/

Nazzjonalitajiet Ingliżi

It-30 ta’ Ġunju 2021 kienet l-aħħar ġurnata biex l-applikanti ta’ Nazzjonalitajiet Ingliżi jissottomettu d-dokument tar-residenza tagħhom skond l-EU/UK Withdrawal Agreement minn Nazzjonalitajiet Ingliżi li kienu qegħdin joqogħdu Malta sat-30 ta’ Diċembru 2020.

Kif stipulat fil-ftehim, talbiet eċċezzjonali li jiġu sottometti wara din id-data jiġu aċċettati biss jekk ikun hemm evidenza ċara u raġonevoli għaliex ma ġietx sottomessa qabel id-data msemmija. Dawn jiġu eżaminati fuq bażi individwali, jiddependi miċ-ċirkustanzi u l-għaliex ma ġewx sottomessi qabel. It-talbiet jistgħu jintbagħtu fuq: [email protected]

Applikanti li għandhom il-card tagħhom skont il-ftehim Brexit/Withdrawal, u jridu jagħmlu sottomissjoni biex ibiddlu l-indirizz jew jiddikjaraw li l-card tar-residenza hija mitlufa huma mitluba li jibagħtu t-talbiet tagħhom fuq: [email protected]

Applikazzjonijiet Umanitarji

L-għotja ta’ Status ta’ Refugee Subsidiary Protection, taqa’ fi ħdan l-Agenzija Internazzjonali Protettiva. Wara li jinħareġ iċ-ċertifikat tal-Protezzjoni umanitarja, il-Unit tal-e-Residence jipproċessa l-applikazzjoni għall-permess tar-residenza kif mitlub.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi personalment fl-Aġenzija ta’ Identita’ b’appuntament. Din trid tintbagħat b’imejl fuq: [email protected]

Għal aktar tagħrif u linji gwidi, idħol fuq Identita’ website fuq: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-non-eu-nationals-international-and-other-types-of-protection/

Jekk jogħġobkom ħudu nota li e-Residence Unit qiegħed fil-bitħa ċentrali tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Trid tidħol għall-uffiċċju minn Pjazza San Franġisk (l-entratura hija fuq in-naħa tal-lemin, meta tħares lejn il-Ministeru) jew mill-post tar-Reception minn Triq Enrico Mizzi. Inħeġġu biex għal dan l-Uffiċċju jsir kuntatt fuq l-imejls imsemmija fuq.

Kuntatt:
Imejls: [email protected] / [email protected][email protected]

Numru tat-Telefown: +356 22156123

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit: 08:00 – 12:30

Indirizz:
e-Residence Unit Gozo,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

FacebookTwitter
għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.