Id-Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi huwa responsabbli fost l-oħrajn minn inizjattivi li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp tal-komunità u l-kuntatt dirett mal-pubbliku. Dan id-Direttorat jagħti prijorità lill-benesseri tal-komunità u lis-servizzi aċċessibbli, b’impenn qawwi lejn programmi li jappoġġjaw gruppi vulnerabbli, NGOs u proġetti ta’ żvilupp soċjali. Permezz ta’ dan id-Direttorat, il-Ministeru qed jassigura approċċ aktar strutturat u koordinat għall-impenn tal-komunità u s-servizzi ta’ appoġġ.

Dawn it-taqsimiet hawn taħt jagħmlu parti mid-Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi:

• Taqsima Kura tal-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali

• Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta għall-Persuni b’ Diżabilita’

• Il-Unit tax-Xogħol Soċjali

• Uffiċċju Akkomodazzjoni Soċjali

• L-Uffiċċju Industrijali tax-Xogħol u Relazzjonijiet

• L-Uffiċċju tal-Liċenzji u tat-Testijiet

• L-Ispettorat tas-Saħħa u l-Uffiċċju tas-Servizzi

• Uffiċini tas-Sigurtà Soċjali – Rabat u Nadur

• Sports Għawdex

• Uffiċċju tal-Kummerċ

• Taqsima Sussidji u Skemi

• Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern

• Ċentru tal-Voluntiera

 

FacebookTwitter