L-Uffiċċju tal-Kummerċ jipprovdi servizzi relatati mal-Liċenzji tal-Kummerċ, Liċenzji tal-Importazzjoni, Liċenzji tal-Esportazzjoni, u s-servizzi l-oħra kollha offruti fid-Dipartiment tal-Kummerċ f’Malta. Dan l-uffiċċju joffri wkoll servizzi fir-rigward tar-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta.

Liċenzji tal-Kummerċ

L-għan tal-Gvern, biex huwa jiffaċilità attivitajiet ta’ kummerċ f’Malta, wassal biex tneħħew għadd ta’ liċenzji għal numru ta’ negozji sa mill-1 ta’ Jannar 2017. Għalhekk xi negożjanti ma jeħtiġux aktar liċenzja tal-kummerċ.

Links:

L.N. 420 of 2016: https://legislation.mt/eli/ln/2016/420/eng/pdf

Lista tal-Liċenzji tal-Kummerċ: https://commerce.gov.mt/en/Trade_Services/Pages/Trade-Licences.aspx

Formoli: https://commerce.gov.mt/en/Trade_Services/Pages/Forms.aspx

Importazzjoni u Esportazzjoni

Negozji li jippjanaw biex jimpurtaw jew jesportaw affarijiet, bħal affarijiet fl-istat naturali tagħhom, makkinarji, u ħwejjeġ mhux kompluti, huma mitluba li jkollhom liċenzja tal-Importazzjoni jew l-Esportazzjoni, qabel ma jipproċedu u jagħmlu l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom.

Kuntatt:
Imejl: trade.mgoz@gov.mt
Numru tat-Telefown: +356 22156530

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08.00 – 13.00
Is-Sibt mit-08.00 – 11.30

Indirizz:
Uffiċċju tal-Kummerċ,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

FacebookTwitter