L-Ispettorat tas-Saħħa jagħmel parti mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tar-Regolamenti tas-Saħħa u Ambjentali, tal-Ministeru tas-Saħħa. Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali huma responsabbli għall-ħarsien tas-saħħa umana. Dan jitwettaq billi:
– Jiżgura li l-ikel ipprovdut, imqassam u nnegożjat, u użat min-nies, ikun ta’ kwalità tajba u iġeniku, u jilħaq l-ogħla standards tas-saħħa.
– Li jitwettqu azzjonijiet marbuta mas-Saħħa ambjentali, ġejjin mill-Att tas-Saħħa Pubblika, (Act XIII 2003: Kapitlu 465).
– Il-parteċipazzjoni fi ‘kwistjonijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa’ kif jista’ jiġi ordnat minn żmien għalija mid-Direttur Ġenerali (Saħħa) permezz tad-Direttur tas-Saħħa Ambjentali.
Servizzi:
– Investigazzjoni ta’ ħwejjeġ tas-Saħħa Pubblika.
– It-Tnaqqis ta’ inċidenti fejn hemm mard li jittieħed u riskji oħra tas-saħħa.
– Immonitorjar ta’ prodotti ta’ ikel sustanzjuż.
– L-immonitorjar ta’ kwalità tal-ilma għax-xorb u ilma ieħor.
– L-immonitorjar ta’ istituzzjonijiet.
– Il-kontroll fuq annimali gerriema.
– Ħarsien fl-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ikel.
– Superviżjoni fuq id-dfin li jsir kif suppost u dwar il-fdalijiet ta’ mejtin li jittieħdu barra minn Malta.
– Rakkomandazzjonijiet lill-awtorijiet liċenzajti, u l-ħruġ ta’ liċenzji li huma tas-Supretendent tas-Saħħa.
Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156500 / +356 22156400
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07.00 – 15.00
Indirizz:
L-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335