L-għan ta’ din it-taqsima hu li toffri servizzi li jgħinu lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali fil-ħtiġijiet tagħhom li dejjem qegħdin jinbidlu u biex kemm jista’ jkun iħajruhom jgħixu ħajja indipendenti u attiva.
Is-servizzi offruti minn din it-Taqsima huma dawn:
– Telecare – Dawk li għandhom il-karta r-roża, huma eleġibbli għal dan is-servizz.
– Ħlas lura fuq il-kera tat-telefown – Dawk li għandhom il-karta r-roża, huma intitolati għall-ħlas lura fil-kera tat-telefown.
– Servizz ta’ Handyman – Jissejjaħ għal xogħol ta’ tiswijiet u manutenzjoni żgħar.
– Servizz ta’ Inkontinenza – Dan is-servizz jingħata lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza. Dan is-servizz jingħata lill-persuni ta’ iżjed minn 60 sena li għandhom il-problema tal-inkontinenza u lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.
– Għajnuna fid-Dar – Servizz lill-persuni ta’ aktar minn 65 sena u lill-persuni bi bżonnijiet speċjali, għajnuna fit-tindif, qadjiet, xiri u ġbir ta’ mediċini.
– Meals on Wheels – 3-course meal għall-persuni ta’ aktar minn 60 sena u persuni bi bżonnijiet speċjali.
– Hairdresser – Servizz ta’ qtugħ ix-xagħar lill-persuni li ma jqumux mis-sodda, wheel chairs, u oħrajn li ma joħorġux mid-dar.
– Fiżjoterapija – Servizz offrut lill-persuni li ma jqumux mis-sodda, wheelchairs u oħrajn li ma joħorġux mid-dar.
– Day Centre – Dan huwa servizz ipprovdut sabiex anzjani jkunu jistgħu iqattgħu ftit ħin flimkien.
– Applikazzjoni għad-djar tal-anzjani – Dan huwa servizz sabiex anzjani jkunu jistgħu jidħlu ġewwa djar tal-anzjani.
– Università tat-Terza Età – Jingħataw taħditiet ta’ interess lill-persuni anzjani fil-Campus tal-Università f’Għawdex. Dan isir bejn
Ottubru u Ġunju.
– Respite (Dar San Lawrenz) – Din id-dar tipprovdi servizz lill-persuni li huma dipendenti fuq il-qraba tagħhom u li jgħixu waħedhom.
– Ċentru ta’ matul il-jum Casa Amalia – Dan huwa ċentru għan-nies anzjani li jbatu mid-Dimenzja. Joffri wkoll għajnuna għal min irid jorqod hemm bil-lejl.
– Kenn għal-lejl (Xagħra) – Dan huwa post fejn l-anzjani jistgħu jorqdu bil-lejl.
– Be Active – Eżerċizzi u Yoga jingħataw lill-anzjani.
– Ċentru tal-Active Ageing – Diskussjonijiet, Krafts u Eżerċizzji lill-anzjani.
– Xogħol Soċjali – Assistenza li tingħata lill-anzjani fi ħdan il-kommunità li għandhom problemi soċjali.
Kuntatt:
Indirizz elettroniku: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156620
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08:00 – 14:00
Is-Sibt: Mit-08:30 – 11:00
Indirizz:
Ħsieb lill-Anzjani u lill-Persuni bi bżonnijiet speċjali,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335