Type: Korpi Maħtura Uffiċjalment

Kumitat tal-Ismijiet tat-Toroq f’Għawdex

L-Uffiċċju Elettorali kien inkarigat bir-responsabbilità tal-Kumitat tal-Ismijiet tat-Triq fit-8 ta’ Jannar 2016, permezz tal-Att Nru. II tal-2016.

L-isem u l-isem ġdid ta’ toroq f’Għawdex, minbarra toroq arterjali u ta’ distribuzzjoni determinati mill-Pjan ta’ Struttura għandhom isiru wara li l-Kunsill Lokali ta’ dik il-lokalità jissottometti r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju Elettorali li għandu jirreferi dawk ir-rakkomandazzjonijiet lil Kumitat tal-Ismijiet tat-Triq Għawdex għall-parir tiegħu.

L-isem jew l-isem ġdid ta’:

– Toroq Arterjali u ta’ distribuzzjoni determinati mill-Pjan ta’ Struttura.

– Monumenti Nazzjonali.

– Parks Nazzjonali.

– Gonna Nazzjonali.

– Oqsma Industrijali.

– Portijiet.

– Ajruporti.

– Territorji oħra, stabbilimenti, bini u oġġetti elenkati fir-Raba’ Skeda li tinsab mal-Att dwar il-Gvern Lokali (Kapitolu 363 tal-Liġijiet ta’           Malta) għandhom ikunu diretti mill-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju Elettorali, li għandu jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-               Kumitat tal-Ismijiet tat-Triq Għawdex wara li dan il-kumitat jikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kollha tal-lokalitajiet li jmissu maż-żona li             għandha tingħata l-isem.

Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali​

Is-Soċjeta’ Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex tmur lura għas-sena 1855 meta saret l-ewwel Wirja Agrarja. Minn dakinhar is-Soċjetà evolviet biex tippromwovi u turi apprezzament lejn ix-xogħol tal-bdiewa, ir-raħħala u l-artiġjani.

Is-Soċjetà torganizza avvenimenti annwali bħall-Wirja tar-Rebbiegħa f’Mejju, l-Wirja Agrikola, Industrijali u Kulturali f’nofs Awwissu u l-Wirja tal-Milied f’Diċembru.

Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali​

Il-Kumitat Festi Nazzjonali u Reġjonali huwa responsabbli mill-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tal-ħames festi nazzjonali ta’ Malta f’Għawdex, i.e. Jum il-Ħelsien (31 ta’ Marzu), Sette Giugno (7 ta’ Ġunju), Jum il-Vitorja (8 ta’ Settembru), Jum l-Indipendenza (21 ta’ Settembru) u Jum ir-Repubblika (13 ta’ Diċembru). Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali fuq il-gżira Għawdxija jikkumplimentaw iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li jsiru mill-Gvern Ċentrali f’Malta u ġeneralment isiru fi ġranet alternattivi qrib il-Festa Nazzjonali. Il-kumitat huwa wkoll responsabbli minn ċelebrazzjonijiet oħra li jsiru fuq livell reġjonali, bħall-Karnival ta’ Għawdex, u Jum Għawdex fit-28 t’Ottubru, fost l-oħrajn.