Il-Kumitat Festi Nazzjonali u Reġjonali huwa responsabbli mill-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tal-ħames festi nazzjonali ta’ Malta f’Għawdex, i.e. Jum il-Ħelsien (31 ta’ Marzu), Sette Giugno (7 ta’ Ġunju), Jum il-Vitorja (8 ta’ Settembru), Jum l-Indipendenza (21 ta’ Settembru) u Jum ir-Repubblika (13 ta’ Diċembru). Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali fuq il-gżira Għawdxija jikkumplimentaw iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li jsiru mill-Gvern Ċentrali f’Malta u ġeneralment isiru fi ġranet alternattivi qrib il-Festa Nazzjonali. Il-kumitat huwa wkoll responsabbli minn ċelebrazzjonijiet oħra li jsiru fuq livell reġjonali, bħall-Karnival ta’ Għawdex, u Jum Għawdex fit-28 t’Ottubru, fost l-oħrajn.

FacebookTwitter