L-għan ewlieni ta’ dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum huwa li jtejjeb il-potenzjal u l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani billi jinvolvihom fiċ-ċentru u fil-kommunità.   

La darba l-kundizzjonijet fiżiċi u s-sensi tal-anzjani jkunu aċċettati u adekwati, kull anzjan ikun jista’ jattendi dan iċ-ċentru u wara li jsir programm personali jingħata sensiela ta’ attivitajiet ibbażati fuq il-ħtiġijiet u l-affarijiet li jkunu jinteressawhom. Jingħata għarfien dwar kif tinħadem il-kartapesta, il-fuħħar, il-mużajk, tingħata terapija permezz tal-annimali u jsir għawm fl-ARKA matul is-sena kollha kif ukoll f’diversi bajjiet fis-sajf. Taħriġ ieħor li jiġi mogħti huwa dak dwar it-tisjir, sessjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika fil-laboratorju tal-kompjuter kif ukoll taħriġ fuq artiġjanat.  L-anzjani jinħarġu dawriet fuq bażi regolari li jkun jinkludi l-qadi tax-xiri tal-bżonnijiet tagħhom personali.  

Adulti b’diżabbilità jistgħu jiġu rreferuti għaċ-Ċentru ta’ Santa Marta mill-ġenituri/ġenitur jew gwardjan kif ukoll minn xi istituzzjoni oħra billi jimlew formula onlajn.  

Kuntatt:
Imejl: santamarta.mgp@gov.mt
Numri tat-Telefowns: +356 22156832 / +356 22156833

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Sajf (Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:00 – 13:00
Xitwa (Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:15 – 16:00

Indirizz:
Id-Day Centre ta’ Santa Marta għall-Persuni b’Diżabilità,
Triq il-Far,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 2572

FacebookTwitter