għal Għawdex
Konnettività b’saħħitha għal Għawdex mhijiex lussu iżda, mezz essenzjali għal Għawdex u l-Għawdxin. Konnettività robusta tirriżulta f’reżiljenza ekonomika, il-koeżjoni soċjali u kwalità ta’ ħajja aħjar. Storikament, il-konnettività bejn il-gżejjer kienet primarjament abbinata mal-baħar, bil-maltemp u l-istaġjonalità jiddettaw il-mobbiltà, il-kummerċ u l-aċċess għall-opportunitajiet.
Maż-żmien, is-servizz bil-baħar issaħħaħ, l-infrastruttura fil-portijiet tjiebet u vapuri aktar siguri naqqsu progressivament l-iżolament ta’ Għawdex mill-kumpalment tad-dinja. B’mod parallel, it-titjib fil-links tat-trasport intern u ż-żieda fil-konnettività diġitali komplew iwessgħu l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjiegi u s-swieq. Dan filwaqt li sostnew it-turiżmu u ekonomija aktar b’saħħitha matul is-sena kollha.
Konxji li l-prospetti ta’ Għawdex jiddependu fuq konnessjonijiet aktar aħjar. Grazzi għat-teknoloġija u miri ambjentali aktar ambizzjużi, ser inkunu qed nimmodernizzaw il-mezzi ta’ konnettività biex b’hekk inkomplu niżguraw futur aħjar għal Għawdex.
Agħfas hawn: Konnettività – Semma’ leħnek, ibgħat is-suġġerimenti tiegħek.

