L-għan tal-Intervention Unit huwa li jkun reattiv għall-ħtiġijiet tal-pubbliku u jintervjeni fuq interventi minuri kull meta mitlub jew meħtieġ.

Servizzi

Servizz ta’ telefon bla ħlas fejn il-pubbliku jista’ jirrapporta dwar skart, ħsara fuq proprjetà pubblika u nuqqas ta’ ġbir ta’ skart.

Is-sezzjoni tal-Intervention Unit taġixxi fuq rapporti dwar interventi minuri mqajjma mill-pubbliku tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex.

Fuq bażi regolari jinżammu spezzjonijiet regolari tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex.

​ Ħinijiet tal-Uffiċċju

Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.15am sal-4.45pm

Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00 sas- 13:00

Numru Freephone: 80075556
Imejl: servizz.mgoz@gov.mt