Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar f’isem il-Gvern ta’ Malta, permezz ta’ din l-iskema, se jkun qiegħed jilqa’ proposti għall-iffinanzjament ta’ proġetti mill-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi Għawdxin biex jibdew u jeżegwixxu proġetti ddedikati għar-restawr u l-preservazzjoni ta’ monumenti, niċeċ u strutturi oħra ta’ sinifikat storiku jew artistiku. Barra minn hekk, jistieden ukoll sottomissjonijiet mill-Kunsilli Lokali Għawdxin għal proġetti li se jsaħħu, isebbħu, u jintroduċu dawl effiċjenti u ħdura biex jerġgħu jirreġeneraw sqaqien eżistenti. L-proġetti magħżula taħt din is-sejħa jeħtieġ li jiġu implimentati matul is-snin 2024, 2025 u 2026.

Il-ħolqa tal-applikazzjoni onlajn ser tintbagħat lill-Kunsilli Lokali Għawdxin permezz t’ittra elettronika.

Niżżel in-Noti ta’ Gwida