Residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Malta fuq bażi full-time, kemm mas-settur pubbliku kif ukoll ma’ dak privat, huma eliġibbli għal sussidju annwali ta’ €650. L-għalliema u l-LSEs, li jivvjaġġaw b’mod inqas frekwenti lejn Malta minħabba l-btajjel tas-sajf, huma eliġibbli għal sussidju annwali ta’ €525. Applikanti li jirċievu kwalunkwe rifużjoni/sussidju/allowance fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport minn min iħaddimhom huma eliġibbli għal sussidju annwali ta’ €300.00. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe vjaġġatur li jiġi pprovdut b’ vettura (self-driven) mingħand min iħaddimhom jew li jiġi pprovdut b’ servizz ta’ trasport (bix-xufier) lejn u mit-terminal u l-post tax-xogħol tagħhom. Ħaddiema Postali u kull min jaħdem f’raġġ ta’ 1 km mit-Terminal tal-Vapuri taċ-Ċirkewwa huma eliġibbli għal sussidju annwali ta’ €300.00.

Dan is-sussidju jista’ jkopri wkoll spejjeż relatati mat-trasport kollettiv organizzat mill-ħaddiema miċ-Ċirkewwa sal-post tax-xogħol tagħhom u lura.

Dan is-sussidju se jinħareġ darbtejn fis-sena, bl-ewwel pagament ikopri l-perjodu bejn Jannar u Ġunju, u t-tieni wieħed ikopri Lulju sa Diċembru.

L-applikazzjonijiet sottomessi għandhom jiġu vverifikati minn min iħaddimhom rispettivament.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

L-applikazzjoni ġiet l-aħħar aġġornata fit-3 ta’ Lulju 2024

 

FacebookTwitter
għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.