Deskrizzjoni

Permezz ta’ din l-iskema, għandha tingħata għajnuna lil min iħaddem fil-forma ta’ rimborż parzjali ta’ salarji ta’ impjegati ġodda, ibbażati f’Għawdex.

Il-Gozo Employment Refund Scheme se tipprovdi għajnuna lil min iħaddem, li jinsab u b’indirizz reġistrat f’Għawdex, biex jippromwovi t-tranżizzjoni minn livelli għoljin ta’ impjieg part-time bħala impjieg primarju għal impjieg full-time. L-iskema għandha l-għan ukoll li tikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tad-disparità bejn is-salarji bażiċi grossi medji annwali f’Għawdex meta mqabbla ma’ Malta, u fl-aħħarnett huwa wkoll previst li l-iskema tgħin biex tindirizza l-kwistjoni ta’ dipendenza ogħla fuq is-settur pubbliku għal impjieg full-time f’Għawdex.

Din l-iskema bħalissa hija magħluqa.

L-applikazzjoni ġiet l-aħħar aġġornata fil-11 ta’ Settembru 2020

FacebookTwitter