Deskrizzjoni

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, f’konformità mad-Dokument tal-Baġit 2019, se jkun qed jissussidja l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jagħmlu l-pazjenti meta jivvjaġġaw bejn il-gżejjer Maltin għal kura tal-kanċer, dijaliżi renali, jew għal operazzjoni fi sptarijiet tal-istat. Se jkun qed jissussidja wkoll l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni.

Is-sussidju se jingħata lill-pazjent u lil adult li jakkumpanjah. Se tkopri l-ispejjeż tal-vapur u se tgħin ukoll biex ittaffi l-piż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni. Kemm pazjenti residenti f’Għawdex li jivvjaġġaw lejn Malta kif ukoll pazjenti residenti f’Malta li jivvjaġġaw lejn Għawdex se jkunu intitolati.

Il-biljetti tal-vapur tal-pazjent u tal-adult li jakkumpanjahom (vettura flimkien ma’ passiġġier wieħed) jiġu rimborżati.

Apparti r-rimborż tal-biljetti tal-laneċ, jingħata wkoll allowance addizzjonali biex tgħin biex jittaffew l-ispejjeż assoċjati mal-akkomodazzjoni f’Malta jew Għawdex skont il-każ: jekk l-appuntament fl-isptar ikun qabel it-8:30am u meta l-pazjent u l-akkumpanjament jridu jsibu akkomodazzjoni sabiex ikunu diġà fil-gżira fejn huwa skedat l-appuntament. Dan is-sussidju huwa limitat għal €45 għal kull persuna għal kull lejl.

Kemm pazjenti residenti f’Għawdex li jivvjaġġaw lejn Malta kif ukoll pazjenti residenti f’Malta li jivvjaġġaw lejn Għawdex se jkunu intitolati. Din l-għajnuna finanzjarja se tingħata kemm lill-pazjent kif ukoll lill-adult li jakkumpanjah.

Żona ta’ Informazzjoni

Kura tas-saħħa – Jkollok trattament mediku fi stat membru ieħor.

Ħolqa biex tapplika:

https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/O_rajn/Affarijiet-Re_jonali/G_awdex/WEB032/default.aspx

L-applikazzjoni ġiet l-aħħar aġġornata fil-11 ta’ Settembru 2020

 

FacebookTwitter
għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.