Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa skedat li jibda x-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-Rd ta’ Marsalforn fil-11 ta’ Marzu 2024 skont il-permess approvat PA 00300/19 – Titjib propost fil-junction u twessigħ ta’ toroq għal toroq eżistenti u kostruzzjoni ta’ toroq skemati. Is-sit jinstab fi Triq il-Kapuċċini, Triq ir-Rabat, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli, Triq Ġorġ Pisani, Triq ta’ Viani, Victoria, Xagħra, Triq Marsalforn, Żebbug (Għawdex).

Matul l-ewwel fażi, is-siġar li ġejjin se jiġu rilokati u miżmuma taħt il-kura ta’ Dawwara Nursery, Ġnien Ċensu Sciberras, Kerċem, Għawdex, skont il-permess tan-natura tal-ERA EP 01110/23 – Rabat to Marsalforn Road Link:

Siġar tal-Ħarrub: 2
Siġra taż-Żebbuġ: 1
Siġar tar-Rummien: 3
Siġar tal-Lewż: 3