L-għan tal-Intervention Unit huwa li jkun reattiv għall-ħtiġijiet tal-pubbliku u jintervjeni fuq interventi minuri kull meta mitlub jew meħtieġ.

Servizzi

Servizz ta’ telefown bla ħlas fejn il-pubbliku jista’ jirrapporta dwar skart, ħsara fuq proprjetà pubblika u nuqqas ta’ ġbir ta’ skart.

Is-sezzjoni tal-Intervention Unit taġixxi fuq rapporti dwar interventi minuri mqajjma mill-pubbliku tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Fuq bażi regolari jinżammu spezzjonijiet regolari tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Ħinijiet tal-Uffiċċju:

1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:00 sas-16:45
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:00 sas-13:00

FacebookTwitter