Dawn l-uffiċċji huma kommessi li jipprovdu għajnuna finanzjarja u benefiċċji lill-persuni eliġibbli b’mod korrett u fil-ħin.
Servizzi Offruti:

– Assistenzi mhux kontributorji bħalma huma: Assistenzi Soċjali u tal-Qgħad, Pensjoni tal-Eta’, Assistenzi għal Diżabilita’ u Allowance         għall-Carers. Għal aktar informazzjoni kklikkja hawn.

– Benefiċċji lill-Familji bħalma huma: Allowance tat-Tfal, Allowance Supplimentari u Benefiċċju tal-Enerġija. Għal aktar informazzjoni         kklikkja hawn.

– Benefiċċji Kontributorji bħalma huma: Benefiċċji tad-Diżimpjieg u Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg. Għal aktar informazzjoni kklikkja           hawn

– Għajnuna Medika bħalma huma: Assistenza għall-Mard, Benefiċċju għal Mard u Benefiċċju għal Korriment. Għal aktar informazzjoni       kklikkja hawn.

– Pensjonijiet bħalma huma: Pensjoni tal-Irtirar, Pensjoni tal-Invalidità, Pensjoni tar-Romol u Pensjonijiet ta’ barra. Għal aktar                         informazzjoni kklikkja hawn.

Informazzjoni relatata ma Benefiċċji u Pensjonijiet jistgħu jiġu aċċessati ukoll mill-paġna tal-FBServizzi u Benefiċċji Soċjali.

Filwaqt li kull applikazzjoni/ilment jibqa jiġi segwit mill-uffiċċjali konċernati, dawn l-uffiċċji jipprovdu wkoll servizzi rigward: 

– Iċċekkjar tal-Kontribuzzjonijiet tas-Servizzi Soċjali.
– Mili ta’ applikazzjonijiet.
– Mistoqsijiet u lmenti fir-rigward ta’ Benefiċċji u Pensjonijiet.
– Formoli tal-Mediċina (Karta Roża).
– Numri tas-Sigurta’ Soċjali.
– Kotba taċ-ċertifikati mediċi.

Waqt il-ħinijiet tal-ftuħ, il-klijenti jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi tagħna mingħajr appuntament kif ukoll b’appuntament. Appuntament hu meħtieg dejjem jekk klijent jixtieq għajnuna sabiex jissottometti talba għall-pensjoni li mhix ta’ Malta.
Importanti li l-klijenti juru l-Karta tal-Identita’ sabiex jingħataw is-servizz u dettalji personali.

Servizz ta’ Eċċellenza

L-Indirizz ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tar-Rabat:

L-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (Ir-Rabat),
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08:00 – 14:00

Kuntatt:
Imejl: [email protected] 
In-Numru tal-Mowbajl: 79792497

L-Indirizz ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tan-Nadur:

L-Uffiċċju tas-Sigurta’ Soċjali (In-Nadur),
Triq il-Kappillan,
In-Nadur, Għawdex,
NDR 1053

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08:00 – 14:00

Kuntatt:
Imejl: [email protected]
In-Numru tat-Telefon: 153

FacebookTwitter