Il-Biċċerija Ċivili ta’ Għawdex tipprovdi servizzi ta’ qtil ta’ bovini, ħnieżer u ruminanti żgħar skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u dawk nazzjonali. Din hija l-unika faċilità li toffri dawn is-servizzi f’Għawdex. Il-Biċċerija Pubblika f’Malta hija l-istabbiliment l-ieħor tal-laħam aħmar fil-gżejjer Maltin li jipprovdi tali servizzi ta’ qtil.

B’kollaborazzjoni mat-Taqsima tas-Servizzi Veterinarji, niżguraw traċċabbiltà sħiħa fil-katina alimentari. Dan jinkludi l-ħajja tal-annimal fir-razzett, it-trasport tiegħu lejn il-biċċerija, il-proċess tal-qtil innifsu u l-immaniġġjar sussegwenti tal-karkassa.

Servizzi Oħra:

Trasport tal-karkassi u tal-laħam mingħajr għadam lill-ħwienet tal-laħam jew lill-proċessuri tal-laħam.
Il-Biċċerija Ċivili ta’ Għawdex tipprovdi wkoll servizz ta’ tqattigħ u tneħħija tal-għadam mill-karkassi maqtula fil-faċilità.

Provvista ta’ servizz ta’ emerġenza fuq sejħa, disponibbli 24 siegħa kuljum, għall-qtil ta’ annimali fir-razzett. Dan is-servizz jingħata f’każijiet fejn kundizzjoni mhux mistennija li taffettwa wieħed jew aktar annimali fir-razzett tkun teħtieġ intervent immedjat mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Gvern u l-qtil tal-annimali mill-biċċiera tal-biċċerija.

Għoti ta’ sussidju lill-bdiewa u r-raħħala fuq l-ispejjeż tat-trasport tal-għalf. Fi ħdan il-Biċċerija hemm ukoll il-Faċilità għall-Ħażna tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali (ABP). F’din il-faċilità jiġu riċevuti annimali mejta li joriġinaw minn azjendi tal-bhejjem u minn djar privati. Hawnhekk jintrema wkoll l-iskart ABP iġġenerat mill-ħwienet tal-laħam, minn stabbilimenti kummerċjali u mill-biċċerija nnifisha. Il-prodotti sekondarji kollha tal-annimali maħżuna f’din il-faċilità jiġu trasportati lejn WasteServ Malta għall-inċinerazzjoni.

Servizz ta’ Eċċellenza

Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156750

Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-08:00 sa 12:00

FacebookTwitter