L-għanijiet ewlenin tad-Dwejra Opportunity Fund huma li jiġġeneraw fondi biex jappoġġjaw inizjattivi ta’ riċerka u konservazzjoni fuq siti ta’ wirt naturali u kulturali f’Għawdex u Kemmuna. Id-DOF se tistinka biex tinkoraġġixxi l-involviment tal-komunità lokali, il-partijiet interessati u l-gruppi ta’ interess biex jaħdmu għall-għan komuni li jiġi żgurat li l-wirt ta’ Għawdex u Kemmuna jibqa’ sors ta’ kburija u ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet futuri.

AMBITU:

Id-Dwejra Opportunity Fund twaqqaf fl-2018 mill-Gvern ta’ Malta bħala reazzjoni diretta għall-kollass tat-Tieqa ikonika tal-Azure, bil-għan li telfa tinbidel f’opportunità ġdida għal Għawdex.

Il-fond huwa mmexxi minn kumitat li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jfittex fondi sabiex jappoġġja inizjattivi ta’ riċerka li jiffokaw fuq siti ta’ wirt naturali jew proġetti ta’ natura kulturali f’Għawdex. Il-kumitat DOF jemmen li l-preservazzjoni tal-wirt hija parti essenzjali ta’ kull nazzjon li jistma lilu nnifsu.

Il-kumitat għalhekk ifittex li jippromwovi u jaħdem lejn l-ideal li s-soċjetà, kollha kemm hi, għandha tieħu r-responsabbiltà għall-assi storiċi, kulturali u naturali tagħha.

Permezz ta’ varjetà ta’ inizjattivi ta’ għarfien pubbliku u ta’ finanzjament, il-Kumitat DOF jistinka biex jinkoraġġixxi l-involviment tal-komunità lokali, il-partijiet interessati u l-gruppi ta’ interess biex jaħdmu għall-għan komuni li jiġi żgurat li l-wirt t’Għawdex jibqa’ sors ta’ kburija u ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet futuri.

FacebookTwitter