Id-Direttorat tal-UE, l-Affarijiet Internazzjonali u l-Koordinazzjoni tal-Politika jikkoordina l-pożizzjonijiet tal-Ministeru dwar kwistjonijiet relatati mal-UE u jimmaniġġja l-parteċipazzjoni tiegħu fi strutturi tal-UE u internazzjonali, b’mod partikolari f’oqsma fejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għandu mandat nazzjonali. Apparti li jaġixxi bħala punt ta’ riferiment bejn il-partijiet interessati, l-entitajiet u Ministeri oħra, id-Direttorat jassigura wkoll li l-interessi ta’ Għawdex ikunu rappreżentati b’mod effettiv fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali.

