Id-Direttorat tal-Manutenzjoni huwa responsabbli għaż-żamma tal-infrastruttura pubblika, li tagħha l-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar jagħmel tajjeb għalih. Dan jinkludi l-manutenzjoni ta’ monumenti pubbliċi, toroq u infrastrutura anċillari. Dan id-Direttorat huwa wkoll responsabbli sabiex jipprovdi ħażniet ta’ affarijiet ta’ kull xorta meħtieġa mill-Ministeru biex jaqdi l-operazzjonijiet. Barra minn hekk, id-Direttorat tal-Manutenzjoni huwa responsabbli għaż-żamma u l-manutenzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Ministeru.
It-Taqsimiet li jaqgħu taħt dan id-Direttorat huma:
• It-Taqsima tal-Mastrudaxxi.
• It-Taqsima tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni.
• It-Taqsima tal-Monumenti u l-Funtani.
• It-Taqsima tal-Elettriċità.
• It-Taqsima tal-Imħażen.
• It-Taqsima tal-Mekkaniks.
• It-Taqsima tat-Toroq.
• L-Indafa Pubblika.
Ħinijiet tal-Uffiċċju:
Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:30 sat-15:00
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:30 sas-13:30
Ikkuntattjana
Indirizz
Direttorat tal-Manutenzjoni,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335
Tel