Id-Direttorat tal-Manutenzjoni u l-Ħarsien Pubbliku huwa responsabbli mill-manutenzjoni u ż-żamma ta’ monumenti pubbliċi, toroq u infrastruttura addizzjonali, fost l-oħrajn. Id-Direttorat għandu taħt ir-responsabilita tiegħu l-procurement u l-ħażna tal-provvisti ġenerali li huma meħtieġa mill-Ministeru biex iwettaq l-operat tiegħu, apparti li jissorvelja l-manutenzjoni tal-flotta ta’ vetturi tal-Ministeru. Ix-xogħol tad-Direttorat huwa organizzat f’diversi sezzjonijiet speċjalizzati, fosthom: Is-Sezzjoni tal-Mastrudaxxi, is-Sezzjoni tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, is-Sezzjoni tal-Monumenti u Funtani, is-Sezzjoni tal-Manutenzjoni u Servizzi Elettriċi, u s-Sezzjonijiet tal-Stores, Mekkanika, Toroq u Tindif. Dan biex jiġi assigurat appoġġ komprensiv għall-operat u s-servizzi tal-komunità, pprovduti mill-Ministeru.
Ħinijiet tal-Uffiċċju:
Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:30 sat-15:00
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:30 sas-13:30
Ikkuntattjana
Indirizz
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Direttorat tal-Manutenzjoni u t-Tindif Pubbliku,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

