Id-Direttorat għall-Affarijiet Rurali jippromwovi, jgħin u jmexxi t-taqsimiet tal-Agrikultura u s-Sajd billi joffri diversi servizzi lill-bdiewa u lis-sajjieda Għawdxin. L-għajnuna li ser tingħata hija dik loġistika, teknika u finanzjarja. Permezz ta’ dan id-Direttorat jingħataw ukoll servizzi lill-pubbliku inġenerali fiż-żamma ta’ ġonna u Parks.

It-Taqsimiet li jaqgħu taħt dan id-Direttorat huma:

• Parks u ġonna pubbliċi.

• Cold Stores.

• Dawwara Nursery (Il-Ġnien tal-Gvern).

• L-Uffiċċju tas-Sajd.

• Aġenzija tal-Pagamenti tal-Front Office.

• Il-Farm Esperimentali tal-Gvern.

• Il-Biċċerija f’Għawdex.

• L-Ispettorat fl-Imġarr.

• Servizzi Veterinarji.

Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:00 sat-15:00

FacebookTwitter