Ir-rwol tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jassigura u jġib il-prosperità ekonomika u soċjali għall-entitajiet Għawdxin u r-residenti ta’ Għawdex, jieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi uniċi u distinti ta’ din il-gżira filwaqt li jagħmel il-Gżejjer Maltin post aktar pjaċevoli fejn wieħed jgħix.
Il-Ministeru għal Għawdex għandu rwol importanti sabiex jinfluwenza l-politika nazzjonali u t-twassil ta’ programmi ta’ finanzjament nazzjonali għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ Għawdex u tar-residenti.
Matul is-snin il-Ministeru mexxa u implimenta b’suċċess firxa wiesgħa ta’ proġetti kapitali kbar fil-gżira. L-investimenti li saru u dawk li qed isiru bħalissa f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex jirriflettu r-reżiljenza tiegħu, ir-rieda u d-determinazzjoni tal-ħaddiema.
Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-gżira Għawdxija, il-Ministeru għal Għawdex kontinwament jinvesti u jamministra skemi speċifiċi għas-settur, kampanji promozzjonali u programmi kulturali bil-għan li jattira investiment, jiddiversifika l-ekonomija tal-gżira u joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda. Il-Ministeru jagħraf il-ħtieġa li titwettaq strateġija ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira, li tinkludi għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
Il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat fir-rwol tiegħu li jattwa għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin u se jkompli bil-ħidma tiegħu biex mhux biss ikollu impatt pożittiv fuq il-benesseri soċjali u ekonomiċi tal-popolazzjoni Għawdxija u l-komunità kummerċjali tagħha, iżda wkoll biex ikompli jikkonsolida l-impatt pożittiv ta’ Għawdex fuq in-nazzjon. Il-Ministeru għal Għawdex iħaddan diversi valuri ewlenin li jiggwidaw l-operat u d-deċiżjonijiet tiegħu: Ekwità u Trasparenza, Effiċjenza u Puntwalità, Integrità u Żvilupp Sostenibbli. Dawn il-valuri jservu bħala l-pedament li fuqu jopera l-Ministeru għal Għawdex, li jiggwida l-isforzi tiegħu lejn it-titjib ta’ Għawdex u r-residenti.
🇲🇹 | Sejjer Marsalforn bil-karozza tal-linja? 🚌
Biex tiċċekkja l-aktar rotot u skedi preċiżi u aġġornati tal-karozzi tal-linja, żur il-websajt uffiċjali tal-Malta Public Transport: publictransport.com.mt
Il-websajt turi b’mod ċar il-vjaġġ kollu, inkluż minn fejn tgħaddi kull karozza tal-linja u l-waqfiet kollha tul ir-rotta! 🚏
Dawn huma ż-żewġ rotot diretti li jmorru lejn Marsalforn:
Rotta 310 (Victoria – Marsalforn): www.publictransport.com.mt/route/310/
Rotta 322 (Il-Ferry ta’ Mġarr – Marsalforn): www.publictransport.com.mt/route/322/
🇬🇧 | Heading to Marsalforn by bus? 🚌
To check the most accurate and up-to-date bus routes and schedules, make sure to visit the official Malta Public Transport website at www.publictransport.com.mt/
The website clearly maps out the entire journey, showing exactly where each bus passes from along with every designated bus stop along the route! 🚏
Here are the two direct routes servicing Marsalforn:
Route 310 (Victoria – Marsalforn): www.publictransport.com.mt/route/310/
Route 322 (Mgarr Ferry – Marsalforn): www.publictransport.com.mt/route/322/
... See MoreSee Less