Il-missjoni tas-Servizzi Veterinarji ta’ Għawdex hija waħda regolatorja, fejn jitwettqu l-kontrolli uffiċjali kollha meħtieġa fuq l-annimali tal-irziezet ħajjin u/jew fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali, kif stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-Unjoni Ewropea.

L-uffiċjali veterinarji jiżguraw li kemm is-saħħa kif ukoll il-benesseri tal-annimali tal-irziezet jinżammu b’mod adegwat mill-farm sal-linja tal-qatla. Dan ifisser li jiġi żgurat ukoll li l-prodotti kollha ta’ oriġini mill-annimali jkunu sikuri għall-konsum u jissodisfaw l-istandards tas-saħħa pubblika.

Servizzi Oħra:

  • Twettiq ta’ żjarat ta’ kuljum fl-irziezet, b’enfasi partikolari fuq l-iskemi ta’ eradikazzjoni tat-Tuberkulożi, il-Bruċellożi u l-Enżootic Bovine Leucosis (EBL).
  • Twettiq taċ-ċensiment tal-merħliet u/jew qatgħat ta’ annimali, kif ukoll it-tikkettar u t-tikkettar mill-ġdid tal-bovini u r-ruminanti.
  • Twettiq ta’ spezzjonijiet tal-bijosigurtà u teħid ta’ kampjuni fl-irziezet tat-tjur, b’enfasi fuq is-Salmonella, l-Influwenza tat-Tjur u r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
  • Twettiq ta’ spezzjonijiet tal-bijosigurtà fl-irziezet tal-ħnieżer, l-immarkar tat-tattoo għall-identifikazzjoni tal-qżieqeż, kif ukoll it-teħid ta’ kampjuni.
  • Identifikazzjoni u spezzjoni tal-annimali li jiġu ppreżentati għall-qatla fil-Biċċerija Ċivili ta’ Għawdex (ante-mortem), skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u dawk nazzjonali.
  • Superviżjoni u kontroll tal-proċess tal-qatla fil-Biċċerija Ċivili skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali.
  • Identifikazzjoni u spezzjoni tal-laħam, il-ġewwieni u organi interni oħra tal-annimali wara l-qatla (post-mortem), skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u dawk nazzjonali.

Servizz ta’ Eċċellenza

Dettalji ta’ Kuntatt
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156776

Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sa-12:00

FacebookTwitter