L-Uffiċċju ta’ Quddiem għal Għawdex Rurali huwa responsabbli biex jassisti lill-bdiewa u lir-raħħala fir-rigward ta’ diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali u fondi lokali.

Fost il-funzjonijiet tiegħu hemm ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ art agrikola għall-finijiet tal-għoti ta’ fondi taħt l-iskema Agriclaim, l-ipproċessar ta’ talbiet relatati mas-sistema Agridec, applikazzjonijiet ġodda għall-ilma, kif ukoll servizzi oħra relatati. Din l-unità taħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija għall-Ħlasijiet Agrikoli u Rurali (MAFA).

Servizzi Oħra:

  • Assistenza lill-bdiewa u lir-raħħala dwar kwistjonijiet relatati ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja u mistoqsijiet oħra marbuta mal-ħlasijiet.
  • Assistenza lill-bdiewa, lir-raħħala u lill-pubbliku ġenerali fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-miżuri u l-iskemi taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali.
  • Tixrid ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
  • Organizzazzjoni ta’ korsijiet relatati mal-agrikoltura u mal-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Servizz ta’ Eċċellenza

Dettalji ta’ Kuntatt
Imejl: [email protected]
Numri tat-Telefown: +356 22156975 / +356 22156976

Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00 sas-14:15

FacebookTwitter