L-Unità tar-Riċerka fi ħdan id-Direttorat tal-Innovazzjoni Ambjentali u Greening tiżviluppa u timplimenta inizjattivi ta’ riċerka ta’ interess għal Għawdex, l-ambjent tiegħu u l-komunità. Din l-unità hija prinċipalment involuta fi proġetti relatati mas-sostenibbiltà, ix-xjenzi naturali, l-ekoloġija, l-ilma u r-riżorsi naturali, ix-xjenza tal-klima, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, is-snajja’ tradizzjonali u l-istudji dwar il-gżejjer.

L-għan tagħha huwa li toħloq sinerġiji u netwerks ta’ kollaborazzjoni, tidentifika u twettaq inizjattivi ta’ riċerka u żvilupp sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-gżira u r-reżiljenza tagħha quddiem l-isfidi klimatiċi tal-futur.

Servizzi Oħra:

  • Identifikazzjoni, ġestjoni u implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
  • Provvista ta’ informazzjoni xjentifika u rakkomandazzjonijiet tekniċi fuq talba.
  • Ġestjoni tal-Laboratorji fil-Biedja Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija.
  • Żamma ta’ komunikazzjoni attiva mal-komunitajiet xjentifiċi fil-Mediterran u lil hinn minnu.
  • Parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Osservatorju tat-Turiżmu tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) bħala parti interessata attiva.
  • Appoġġ lill-aġenziji nazzjonali u internazzjonali, universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-ħidma tagħhom f’Għawdex.
  • Promozzjoni u introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda f’Għawdex.
  • Superviżjoni tal-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ tagħmir xjentifiku f’Għawdex.

Dettalji ta’ Kuntatt
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 22156225

Ħinijiet tal-Ftuħ
Mhux applikabbli (N/A)

FacebookTwitter