In-Nursery tad-Dawwara hija faċilità speċjalizzata ddedikata għall-propagazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ pjanti u siġar indiġeni u endemiċi. Hawnhekk, pjanti żgħar, nebbieta u qatgħat jitkabbru u jiġu mrawma taħt kundizzjonijiet ikkontrollati f’serer u strutturi protetti mid-dawl dirett tax-xemx.

Meta l-pjanti jilħqu l-maturità u jkunu b’saħħithom biżżejjed sabiex jiġu trapjantati, jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali jew jitqassmu lil entitajiet governattivi u kunsilli lokali. In-Nursery tad-Dawwara tipprovdi wkoll pjanti staġjonali għal diversi ġonna pubbliċi, fosthom il-Ġonna ta’ Villa Rundle u l-Ġonna tat-Terminus tal-Karozzi tal-Linja fir-Rabat, Għawdex.

Servizzi Oħra:

Propagazzjoni u kultivazzjoni ta’ pjanti.
Distribuzzjoni ta’ pjanti lil diversi entitajiet governattivi, kunsilli lokali, skejjel, ġonna pubbliċi u postijiet oħra.
Bejgħ ta’ pjanti lokali lill-pubbliku ġenerali kif ukoll għoti ta’ pariri tekniċi.
Organizzazzjoni ta’ żjarat fil-ġonna tad-Dawwara għal studenti, gruppi ta’ anzjani u l-pubbliku ġenerali.
Karta tal-Kwalità tas-Servizz

Servizz ta’ Eċċellenza

Dettalji ta’ Kuntatt
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefown: +356 21560868

Ħinijiet tal-Ftuħ
Xitwa: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00 sal-16:15
Sajf: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-06:45 sas-12:45

Indirizz:
Triq Kerċem,
Ir-Rabat, Għawdex

FacebookTwitter