Id-Direttorat tal-Wirt Kulturali għandu żewġ rwoli prinċipali; li jappoġġja l-protezzjoni, ir-restawr u l-aċċessibbiltà tas-siti tal-wirt kulturali ta’ Għawdex u li jippromwovi l-avvenimenti kulturali li jsaħħu l-prodott ta’ Għawdex bħala destinazzjoni turistika matul is-sena kollha. Permezz ta’ kampanji edukattivi u outreach, id-Direttorat jwettaq ħidma biex joħloq għarfien fost ir-residenti u l-viżitaturi dwar il-valur tal-wirt kulturali li toffri l-gżira Għawdxija. Dan filwaqt li jipprovdi servizzi li jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-komunità u kif ukoll għall-iżvilupp tat-turiżmu lokali.

FacebookTwitter