L-Uffiċċju tal-Kummerċ jipprovdi servizzi relatati mal-Liċenzji tal-Kummerċ, Liċenzji tal-Importazzjoni, Liċenzji tal-Esportazzjoni, u s-servizzi l-oħra kollha offruti fid-Dipartiment tal-Kummerċ f’Malta. Dan l-uffiċċju joffri wkoll servizzi fir-rigward tar-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta.
Liċenzji tal-Kummerċ
L-għan tal-Gvern, biex huwa jiffaċilità attivitajiet ta’ kummerċ f’Malta, wassal biex tneħħew għadd ta’ liċenzji għal numru ta’ negozji sa mill-1 ta’ Jannar 2017. Għalhekk xi negożjanti ma jeħtiġux aktar liċenzja tal-kummerċ.
Links:
Lista tal-Liċenzji tal-Kummerċ
Importazzjoni u Esportazzjoni
Negozji li jippjanaw biex jimpurtaw jew jesportaw affarijiet, bħal affarijiet fl-istat naturali tagħhom, makkinarji, u ħwejjeġ mhux kompluti, huma mitluba li jkollhom liċenzja tal-Importazzjoni jew l-Esportazzjoni, qabel ma jipproċedu u jagħmlu l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom.
Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefon: +356 22156530
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-07:00 – 13:00
Indirizz:
Uffiċċju tal-Kummerċ,
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,
Pjazza San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 1335

