L-għan prinċipali ta’ dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum huwa li jsaħħaħ il-potenzjal tal-adulti b’diżabilità u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, permezz ta’ parteċipazzjoni attiva kemm ġewwa iċ-ċentru kif ukoll fil-komunità.
Meta adult b’diżabilità fiżika, sensoriali, jew ta’ tagħlim jiġi aċċettat biex jibda jattendi ċ-ċentru, tiġi organizzata ‘case review’ flimkien ma’ social worker, fejn jinħoloq programm personalizzat skont il-bżonnijiet, l-interessi u l-preferenzi tal-persuna. Dan jiżgura li kull individwu jingħata l-attenzjoni, ir-rispett u l-kura li jistħoqqlu.
Il-programmi offruti jinkludu varjetà ta’ attivitajiet ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, inkluż sessjonijiet kreattivi u edukattivi bħall-papier-mâché, fuħħar, mużajk, sessjonijiet tal-kċina u IT. Jiġu wkoll organizzati terapiji bl-annimali, sessjonijiet tal-għawm, kif ukoll attivitajiet mużikali, kreattivi u sensoriali.
Barra minn hekk, issir attivitajiet relatati mal-ħiliet ta’ ħajja u l-integrazzjoni fil-komunità, bħall-qadi tax-xiri tal-bżonnijiet personali, żjarat kulturali, mixjiet fin-natura u parteċipazzjoni f’avvenimenti lokali.
Iċ-ċentru jorganizza wkoll attivitajiet rikreattivi u soċjali, kemm ġewwa kif ukoll barra iċ-ċentru, li jinkoraġġixxu l-interazzjoni, il-kreattività u d-divertiment. L-attivitajiet kollha huma mmexxija minn tim dedikat, li joffri kura, appoġġ u inkoraġġiment biex kull individwu jirnexxi u jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu.
Adulti b’diżabbilità jistgħu jiġu rreferuti għaċ-Ċentru ta’ Santa Marta mill-ġenituri/ġenitur jew gwardjan kif ukoll minn xi istituzzjoni oħra, billi jimlew formula onlajn.
Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Numru tat-Telefon: +356 22156850
Ħinijiet tal-Ftuħ tal-Uffiċju:
Sajf (Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit – 08:00 – 12:00
Xitwa (Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit – 08:00 sa 14:30
Magħluq fi Ġranet Pubbliċi
Indirizz:
Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta għal Persuni b’Diżabilità,
Triq il-Far,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 2572

