Il-Unit tax-Xogħol Soċjali jipprovdi servizzi ta’ xogħol soċjali. Dan jinvolvi professjonalità u assistenza lil diversi gruppi li jkunu ġejjin minn kull stadju tal-ħajja u li jiffurmaw parti mill-kommunità. L-unità tikkollabora wkoll ma’ aġenziji oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi kif meħtieġ.

Servizzi

– Isir stħarriġ dwar is-sitwazzjoni individwali ta’ kull klijent u dik personali tiegħu u jsiru pjanijiet biex din titjieb.

– Jingħata s-servizz ta’ kuntatt 24 siegħa.

– Tingħata għajnuna lill-Awtoritajiet tal-Pulizija f’każi soċjali fi ħdan il-kommunità.

– Isir immonitorjar ta’ każijiet tal-Qorti hekk kif ikun deċiż mill-istess Qorti.

– Tingħata għajnuna lill-awtoritajiet billi jitwettaq xogħol soċjali u/jew tagħti r-rakommandazzjonijiet tagħha.

– Tagħmel spezzjonijiet għal għarrieda u taħt osservanza skont kif mitlub mill-Qorti.

Kuntatt:
Imejl: socialworkunit.mgoz@gov.mt
Numri tat-Telefown: +356 22156630 / +356 22156638

Ħinijiet tal-Ftuħ:
Sajf (16 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-08:00 – 13:30, Is-Sibt: Mit-08:00 – 11:30
Xitwa (Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) Mit-Tnejn sal-Ħamis: Mit-08:00 – 12:30, Il-Ġimgħa: Mill-10:00 – 14:00 u s-Sibt: Mit-08:00 – 12:30

Indirizz:
Il-Unit tax-Xogħol Soċjali,
Livell 3, Tiġrija Palazz,
Triq ir-Repubblika,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 2574

FacebookTwitter