Dan l-Uffiċċju jipprovdi servizzi notarili lid-Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet fir-rigward tal-pubblikazzjoni, preservazzjoni u ħarsien tal-atti notarili.
Minn dan l-uffiċċju jiġi offrut ukoll servizz lill-pubbliku sabiex tkun tista’ ssir spezzjoni ta’ kull att jew kuntratt ippubblikat min-natura li eżerċitaw f’Għawdex liema informazzjoni tmur lura sas-seklu 18. Il-pubbliku jista’ wkoll jordna kopja tal-istess kuntratti jew atti u dan l-uffiċċju huwa ukoll post ta’ referenza għar-riċerkaturi u persuni oħra interessati.
Membri tal-pubbliku jistgħu jiġu l-uffiċċju biex jaraw kwalunkwe att pubbliku mis-sena 1640 sal-ġurnata tal-lum. Jistgħu jitolbu kopja tal-kuntratt. Biex inkunu nistgħu nagħtuhom kopja jkollna bżonn id-data ta’ meta sar il-kuntratt u l-isem tan-Nutar għand min sar. F’każ ta’ testment ikollna bżonn iċ-ċertifikat tal-mewt tat-testatur kif ukoll id-data tat-testment u l-isem tan-nutar għand min sar.
Ikklikkja hawn għal ordnijiet online fir-rigward ta’ atti notarili.
Jekk jogħġbok innota li naċċettaw biss pagamenti fi flus kontanti.
Kuntatt:
Imejl: [email protected]
Websajt: https://notarytogovernment.gov.mt/
Numri tat-Telefown: +356 22156391 / +356 22156397
Numru tat-Telefown: +356 22155546 (Dr Josepha Farrugia, Nutar tal-Gvern)
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.30 – 13.30
Indirizz:
Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern,
132, Livell 1, Triq Ġorg Borg Olivier,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 2519

