L-għan ewlieni tal-Kunsill Kulturali huwa li jippromwovi s-setturi tal-kultura u kreattivi kif ukoll li jippromwovi t-talenti lokali li jappartjenu għall-arti Viżwali u Performattiva.

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Kunsill tal-Kultura jorganizza diversi attivitajiet kulturali matul is-sena. Il-Kunsill jiltaqa’ regolarment sabiex jiddiskuti u jimplimenta diversi attivitajiet fosthom: tnedijiet ta’ kotba li l-aktar huma miktuba minn awturi lokali, inawgurazzjoni ta’ Monumenti ta’ diversi ikoni Għawdxin li tul ħajjithom onoraw il-gżira għeżież tagħhom, wirjiet tal-arti, kunċerti mużikali u wirjiet taż-żfin.

Il-Kunsill jassigura li l-attivitajiet kulturali organizzati minnu jilħqu nies b’gosti differenti u gruppi ta’ etajiet differenti fis-soċjetà. Il-Kunsill Kulturali jistinka biex jinkoraġġixxi l-involviment tal-komunità lokali f’dawn l-attivitajiet kulturali sabiex jassigura li l-Kultura Għawdxija tibqa’ ta’ kburija għall-ġenerazzjonijiet futuri.

FacebookTwitter