Scroll to top

Ir-rwol tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jassigura u jġib il-prosperità ekonomika u soċjali għall-entitajiet Għawdxin u r-residenti ta’ Għawdex, jieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi uniċi u distinti ta’ din il-gżira filwaqt li jagħmel il-Gżejjer Maltin post aktar pjaċevoli fejn wieħed jgħix.

Il-Ministeru għal Għawdex għandu rwol importanti sabiex jinfluwenza l-politika nazzjonali u t-twassil ta’ programmi ta’ finanzjament nazzjonali għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ Għawdex u tar-residenti.

Matul is-snin il-Ministeru mexxa u implimenta b’suċċess firxa wiesgħa ta’ proġetti kapitali kbar fil-gżira. L-investimenti li saru u dawk li qed isiru bħalissa f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex jirriflettu r-reżiljenza tiegħu, ir-rieda u d-determinazzjoni tal-ħaddiema.
Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-gżira Għawdxija, il-Ministeru għal Għawdex kontinwament jinvesti u jamministra skemi speċifiċi għas-settur, kampanji promozzjonali u programmi kulturali bil-għan li jattira investiment, jiddiversifika l-ekonomija tal-gżira u joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda. Il-Ministeru jagħraf il-ħtieġa li titwettaq strateġija ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira, li tinkludi għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.

Il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat fir-rwol tiegħu li jattwa għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin u se jkompli bil-ħidma tiegħu biex mhux biss ikollu impatt pożittiv fuq il-benesseri soċjali u ekonomiċi tal-popolazzjoni Għawdxija u l-komunità kummerċjali tagħha, iżda wkoll biex ikompli jikkonsolida l-impatt pożittiv ta’ Għawdex fuq in-nazzjon. Il-Ministeru għal Għawdex iħaddan diversi valuri ewlenin li jiggwidaw l-operat u d-deċiżjonijiet tiegħu: Ekwità u Trasparenza, Effiċjenza u Puntwalità, Integrità u Żvilupp Sostenibbli. Dawn il-valuri jservu bħala l-pedament li fuqu jopera l-Ministeru għal Għawdex, li jiggwida l-isforzi tiegħu lejn it-titjib ta’ Għawdex u r-residenti..

għawdex
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.