Il-funzjonijiet primarji tal-IMU jinkludu:

  • Il-formazzjoni ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT)/Sistemi tal-Informazzjoni (IS) għall-Ministeru li jikkumplimentaw u jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-istrateġija tal-ICT tal-Gvern nazzjonali.
  • Jipprovdi direzzjoni u appoġġ lis-Segretarju Permanenti dwar kwistjonijiet strateġiċi tal-ICT.
  • Ġestjoni tal-appoġġ tal-ICT/IS, kuntratturi u monitoraġġ tal-provvista tas-servizz.
  • Il-ġestjoni tat-teknoloġija/sistemi tal-informatika fi ħdan il-Ministeru.
  • Il-ġestjoni tal-baġit tal-ICT u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi tal-ICT.
  • L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ fl-ICT/IS u t-twettiq ta’ taħriġ kif meħtieġ.
  • L-applikazzjoni ta’ politiki, standards u proċeduri mal-Gvern kollu.
  • Riċerka u governanza tal-ICT/IS

It-Taqsima tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tikkollabora mal-Aġenzija Maltija għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (MITA), ministeri oħra, organizzazzjonijiet usa’ tas-settur pubbliku u fornituri tas-settur privat fuq inizjattivi bejn il-gvern b’appoġġ għall-għanijiet tal-gvern.

Imejl: imu.mgoz@gov.mt

FacebookTwitter