Dan l-uffiċċju huwa responsabbli mill-ħruġ ta’ Ċertifikati tat-Twelid, taż-Żwieġ u tal-Mewt. Dan ukoll jieħu ħsieb l-annotazzjonijiet ta’ dawn iċ-ċertifkati. Tinħareġ regolarment informazzjoni li tgħaddi lid-Dipartimenti tal-Gvern.
Ċertifkati taż-Żwieġ
Żwiġijiet Reliġjużi
Bejn tliet xhur (3) u sitt (xhur) qabel id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha tagħmel talba lir-Reġistru Pubbliku, għat-tnedija taż-żwieġ. Il-koppji huma mitluba jċemplu għal appuntament fuq in-numru tat-telefon +356 22156381.
Il-koppja għandha tipprovdi:
- Ċertifikati tat-twelid (Fil-każ ta’ applikanti li t-twelid tagħhom mhux reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta).
- Il-Karti tal-Identità u kopji tagħhom.
- Fotokopja tal-karti tal-identità tax-xhieda.
Ir-Reġistratur taż-Żwieġ għandu jingħata l-informazzjoni li ġejja:
- Il-Knisja jew post fejn se jsir it-tieġ.
- Id-data taż-żwieġ
- L-isem u l-kunjom tal-qassis li se jiċċelebra ‘l quddiem, u jgħaqqadhom fiż-żwieġ.
- Il-kunjom li l-għarusa se tkun qed tuża wara ż-żwieġ (kunjom ta’ xebba tagħha, ta’ żewġha jew, fil-każ ta’ romol, possibbilment dak tal-konjuġi ta’ qabel).
Għaxart ijiem qabel id-data taż-żwieġ il-koppja għandha tiġbor tliet dokumenti mħejjija mir-Reġistru taż-Żwieġ u tissottomettihom lill-Kappillan tal-post fejn se ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ. Wara l-Quddiesa taż-Żwieġ, flimkien max-xhieda u s-saċerdot li amministra s-Sagrament taż-Żwieġ, il-koppja għandha tiffirma ċ-Ċertifikat taż-Żwieġ tagħhom; l-għarusa għandha tiffirma billi tuża kunjom xebba tagħha, jew jekk hi armla, kunjom żewġha mejjet.
Ċittadini Maltin li jippjanaw li jiżżewġu barranin jew persuni li jkunu għexu barra minn Malta għal perjodu ta’ żmien, għandhom jitolbu aktar informazzjoni mir-Reġistratur taż-Żwieġ.
Żwiġijiet Ċivili
Dawk il-koppji li jagħżlu Żwieġ Ċivili jridu jissodisfaw l-istess obbligi u formalitajiet mitluba għal żwieġ reliġjuż.
Dawk il-koppji li jagħżlu Żwieġ Ċivili jridu jissodisfaw l-istess obbligi u formalitajiet mitluba għal żwieġ reliġjuż.
Servizzi oħra offruti mir-Reġistru taż-Żwieġ:
- Fir-rigward tan-nisa li jkunu lestew proċeduri għas-Separazzjoni Legali, ir-Reġistru taż-Żwieġ jannota l-bidla fil-kunjom tax-xebba tagħhom.
- Leġittimazzjoni tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ, meta l-ġenituri jiżżewġu lil xulxin.
- Office hours:
N:B Kull ċertifikat sħiħ (jiġifieri Twelid, Imwiet jew Żwiġijiet) irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta qabel l-1 ta’ Jannar 1995 ma jistax jinkiseb mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Tali kopja ta’ ċertifikat ta’ att sħiħ tista’ tiġi ordnata jew online minn certifikati.gov.mt jew billi żżur ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fil-ħinijiet tal-ftuħ.
Irreġistrar U Notifikazzjonijet tat-Twelid u l-Mewt f’Għawdex
Ħinijiet tal-Uffiċċju
- Sajf (16 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru) Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30 – 12.00 u s-Sibt mis-7.30 – 11.00
- Xitwa (1 ta’ Ottubru – 15 ta’ Ġunju) Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 – 13.00 u s-Sibt mis-7.30 – 11.00