Id-Direttorat ta’ Manutenzjoni huwa responsabbli għaż-żamma tal-infrastruttura pubblika, li tagħha l-Ministeru ta’ Għawdex jagħmel tajjeb għalih. Dan jinkludi l-manutenzjoni ta’ monumenti pubbliċi, toroq, infrastrutura anċillari. Dan id-Direttorat huwa wkoll responsabbli sabiex jipprovdi ħażniet ta’ affarijiet ta’ kull xorta meħtieġa mill-Ministeru biex jaqdi l-operazzjonijiet Barra minn hekk, id-Direttorat tal-Manutenzjoni huwa responsabbli għaż-żamma u l-manutenzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Ministeru.

It-Taqsimiet li jaqgħu taħt dan id-Direttorat huma:

• It-Taqsima tal-Mastrudaxxi

• It-Taqsima tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni

• It-Taqsima tal-Monumenti u l-Funtani

• It-Taqsima tal-Elettriċità

• It-Taqsima tal-Imħażen

• It-Taqsima tal-Mekkaniks

• It-Taqsima tat-Toroq

Sigħat tal-Uffiċċju:

Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:30 sal-15:00

Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:30 sas-13:30

FacebookTwitter