Posted on September 18, 2023 by john.a.galea@gov.mt -
Id-Direttorat għall-Affarijiet Rurali jippromwovi, jgħin u jmexxi t-taqsimiet tal-Agrikultura u s-Sajd billi joffri diversi servizzi lill-bdiewa u lis-sajjieda Għawdxin. L-għajnuna li ser tingħata hija dik loġistika, teknika u finanzjarja. Permezz ta’ dan id-Direttorat jingħataw ukoll servizzi lill-pubbliku inġenerali fiż-żamma ta’ ġonna u Parks.
It-Taqsimiet li jaqgħu taħt dan id-Direttorat huma:
• Parks u ġonna pubbliċi
• Colds stores
• Dawwara Nursery (Il-Ġnien tal-Gvern)
• L-Uffiċċju tas-Sajd
• Front Office Paying Agency
• Il-Farm Esperimentali tal-Gvern
• Il-Biċċerja f’Għawdex
• L-Ispettorat fl-Imġarr
• Servizzi Veterinarji
Sigħat tal-Uffiċċju:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07.00 – 15.00
Posted on July 24, 2023 by john.a.galea@gov.mt -
Dan l-uffiċċju huwa responsabbli mill-ħruġ ta’ Ċertifikati tat-Twelid, taż-Żwieġ u tal-Mewt. Dan ukoll jieħu ħsieb l-annotazzjonijiet ta’ dawn iċ-ċertifkati. Tinħareġ regolarment informazzjoni li tgħaddi lid-Dipartimenti tal-Gvern.
Ċertifkati taż-Żwieġ
Żwiġijiet Reliġjużi
Bejn tliet xhur (3) u sitt (xhur) qabel id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha tagħmel talba lir-Reġistru Pubbliku, għat-tnedija taż-żwieġ. Il-koppji huma mitluba jċemplu għal appuntament fuq in-numru tat-telefon +356 22156381.
Il-koppja għandha tipprovdi:
- Ċertifikati tat-twelid (Fil-każ ta’ applikanti li t-twelid tagħhom mhux reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta).
- Il-Karti tal-Identità u kopji tagħhom.
- Fotokopja tal-karti tal-identità tax-xhieda.
Ir-Reġistratur taż-Żwieġ għandu jingħata l-informazzjoni li ġejja:
- Il-Knisja jew post fejn se jsir it-tieġ.
- Id-data taż-żwieġ
- L-isem u l-kunjom tal-qassis li se jiċċelebra ‘l quddiem, u jgħaqqadhom fiż-żwieġ.
- Il-kunjom li l-għarusa se tkun qed tuża wara ż-żwieġ (kunjom ta’ xebba tagħha, ta’ żewġha jew, fil-każ ta’ romol, possibbilment dak tal-konjuġi ta’ qabel).
Għaxart ijiem qabel id-data taż-żwieġ il-koppja għandha tiġbor tliet dokumenti mħejjija mir-Reġistru taż-Żwieġ u tissottomettihom lill-Kappillan tal-post fejn se ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ. Wara l-Quddiesa taż-Żwieġ, flimkien max-xhieda u s-saċerdot li amministra s-Sagrament taż-Żwieġ, il-koppja għandha tiffirma ċ-Ċertifikat taż-Żwieġ tagħhom; l-għarusa għandha tiffirma billi tuża kunjom xebba tagħha, jew jekk hi armla, kunjom żewġha mejjet.
Ċittadini Maltin li jippjanaw li jiżżewġu barranin jew persuni li jkunu għexu barra minn Malta għal perjodu ta’ żmien, għandhom jitolbu aktar informazzjoni mir-Reġistratur taż-Żwieġ.
Żwiġijiet Ċivili
Dawk il-koppji li jagħżlu Żwieġ Ċivili jridu jissodisfaw l-istess obbligi u formalitajiet mitluba għal żwieġ reliġjuż.
Dawk il-koppji li jagħżlu Żwieġ Ċivili jridu jissodisfaw l-istess obbligi u formalitajiet mitluba għal żwieġ reliġjuż.
Servizzi oħra offruti mir-Reġistru taż-Żwieġ:
- Fir-rigward tan-nisa li jkunu lestew proċeduri għas-Separazzjoni Legali, ir-Reġistru taż-Żwieġ jannota l-bidla fil-kunjom tax-xebba tagħhom.
- Leġittimazzjoni tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ, meta l-ġenituri jiżżewġu lil xulxin.
- Office hours:
Winter (1st October – 15th June) Opening hours: Monday to Friday from 8.00 – 14.00 Summer (16th June – 30th September) Opening hours: Monday to Friday from 7.30 – 12.00
N:B Kull ċertifikat sħiħ (jiġifieri Twelid, Imwiet jew Żwiġijiet) irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta qabel l-1 ta’ Jannar 1995 ma jistax jinkiseb mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Tali kopja ta’ ċertifikat ta’ att sħiħ tista’ tiġi ordnata jew online minn certifikati.gov.mt jew billi żżur ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fil-ħinijiet tal-ftuħ.
Irreġistrar U Notifikazzjonijet tat-Twelid u l-Mewt f’Għawdex
Ħinijiet tal-Uffiċċju
- Sajf (16 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru) Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30 – 12.00 u s-Sibt mis-7.30 – 11.00
- Xitwa (1 ta’ Ottubru – 15 ta’ Ġunju) Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 – 13.00 u s-Sibt mis-7.30 – 11.00
Posted on July 24, 2023 by john.a.galea@gov.mt -
Dan id-Direttorat huwa responsabbli mit-tmexxija tat-taqsimiet li huma mniżżla hawn taħt bil-għan li jipprovdi servizz ta’ kwalità liċ-ċittadin waqt li jkun qed jamministra sussidji u skemi li joħroġu minn żmien għal żmien mill-Ministeru għal Għawdex. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll li jipprovdi servizz fil-komunità lil dawk vulnerabbli, anzjani u persuni b’diżabilità u li jipprovdi faċilitajiet u servizzi lill-persuni li jipprattikaw l-isport f’Għawdex.
Taqsimiet li jagħmlu parti mid-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex
• Taqsima Kura tal-Anzjani u Persuni b’diżabilità
• Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta għall-Persuni b’diżabilità
• Il-Unit tax-Xogħol Soċjali
• Uffiċċju Akkomodazzjoni soċjali
• eResidence Unit
• L-Uffiċċju tal-Passaporti
• L-Uffiċċju Industrijali tax-Xogħol u Relazzjonijiet
• L-Uffiċċju tal-Liċenzji u tat-Testijiet
• L-Ispettorat tas-Saħħa u l-Uffiċċju tas-Servizzi
• Uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali – Rabat u Nadur
• Kumpless Sportiv
• Uffiċċju tal-Kummerċ
• Taqsima Sussidji u Skemi
• Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
• Ċentru tal-Voluntieri
Kuntatt:
Ħolqa għall-mistoqsijiet tal-Helpdesk: https://helpdesk.mgoz.gov.mt/support/home
Posted on July 24, 2023 by john.a.galea@gov.mt -
Dan id-Direttorat jipprovdi servizzi ta’ xejra korporattiva lid-diviżjonijiet u d-Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Is-Servizzi jinkludu Rendikonti u Finanzi, Procurement, People Management u Salarji.
Is-Servizz korporattiv jinkludi wkoll l-Uffiċċju Legali, ir-Reġistru Ċentrali, il-Unit tal-Loġistika u s-Sapport, Reception u l-immaniġjar tas-swali tal-Wirjiet.
Huwa responsabbli għall-ippjanar u t-tqassim tal-pjanijiet kummerċjali u tar-Riżorsi Umani.
Posted on July 24, 2023 by john.a.galea@gov.mt -
L-għan tal-Intervention Unit huwa li jkun reattiv għall-ħtiġijiet tal-pubbliku u jintervjeni fuq interventi minuri kull meta mitlub jew meħtieġ.
Servizzi
Servizz ta’ telefon bla ħlas fejn il-pubbliku jista’ jirrapporta dwar skart, ħsara fuq proprjetà pubblika u nuqqas ta’ ġbir ta’ skart.
Is-sezzjoni tal-Intervention Unit taġixxi fuq rapporti dwar interventi minuri mqajjma mill-pubbliku tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex.
Fuq bażi regolari jinżammu spezzjonijiet regolari tul toroq u żoni pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex.
Ħinijiet tal-Uffiċċju
Mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.15am sal-4.45pm
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru: