Jekk jogħġbok innota li l-eResidence Unit issa qed topera minn post ġdid.
L-e-Residence Unit huwa involut fil-proċess ta’ ħruġ ta’ dokumenti relatati mar-residenza. Dan jinvolvi l-implimentazzjoni skont il-proviżjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ ċittadini tal-UE li jistgħu jmorru minn post għal ieħor u regolamenti oħra marbuta ma’ dokumentazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Ċittadini tal-UE li jeżerċitaw it-Trattat tad-Drittijiet f’Malta jingħataw ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li juri il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-immigrazzjoni f’Malta. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinħarġilhom permess mill-awtoritajiet li joqogħdu f’Malta li jħallihom jivvjaġġaw mingħajr il-bżonn ta’ visa ġewwa s-Schengen Area u li jaqsmu l-fruntiera esterna tagħha.
Ċittadini tal-UE
Ċittadini tal-UE, EEA u Żvizzeri li qagħdu Malta għal tliet xhur u għadhom ma rreġistrawx id-dokument tar-residenza tagħhom jew li jeħtieġu jġeddu d-dokument tar-residenza huma mitluba li jibagħtu t-talba tagħhom permezz tal-imejl fuq: [email protected]
Wara jkun meħtieġ li l-applikant iżur personalment b’appuntament l-Uffiċċju tar-Residenza sabiex isiru l-analiżi bijometriċi.
L-Applikazzjonijiet għall-ċittadini tal-UE huma:
– Xogħol/Impjegati għal rashom.
– Studju.
– Awtosuffiċjenza Ekonomika.
– Membri tal-Familja.
– Ir-Residenza Permanenti.
– Eżenzjonijiet.
– Tibdil fl-Indirizz/Karta tal-Identità mitlufa.
Ara l-URL ta’ Identita’ website għal aktar tagħrif: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-sec-page-eu-nationals/
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi
Il-permess ta’ residenza li għandu fatturi bijometriċi jagħti d-dritt lill-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment f’Malta.
Applikanti għall-permess tar-residenza, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji msemmija hawn taħt huma mitluba li jagħmlu l-applikazzjoni onlajn fuq il-link: https://noneu.identita.gov.mt/
Applikazzjonijiet disponibbli għal Ċittadini mhux tal-UE huma:
– Studju.
– L-iskema tar-Residenza Permanenti.
– Economically Self-Sufficient.
– Bdil ta’ Indirizz/Karta tal-Identità mitlufa.
– Temporanjament.
– Sieħba/Sieħeb.
– Skopijiet tas-Saħħa.
– Intenzjonijiet Reliġjużi.
– Vittmi tat-Traffikar Uman.
– Ħaddiema Volontarji.
– Vaganza tax-Xogħol.
– Ħaddiema Stazzjonati.
Għall-applikazzjonijiet li jidhru hawn taħt ibgħat imejl fuq: [email protected]
– Membru tal-Familja.
– Residenza fit-tul.
– Eżenzjoni*
*Applikanti mhux tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw bi skop ta’ Persuni Eżenti, huma suġġetti għal-intervista. Għall-appuntament għall-intervisti, ibgħat imejl fuq: [email protected] Ser tkun mitlub li żżur l-uffiċċju tal-e-Residence b’appuntament sabiex jittieħdu d-dettalji bijometriċi.
Għal aktar informazzjoni idħol fuq il-website ta’ Identita’: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-sec-page-noneu-nationals/
Single Work Permit
Is-Single Permit jawtorizza ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex legalment joqogħdu u jsibu xogħol f’Malta għal ċertu żmien liema żmien jista’ jiġi mġedded. Skont il-legislazzjoni sussidjarja 217.17, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu japplikaw meta jkunu għadhom barra minn Malta jew meta legalment ikunu fit-territorju Malti.
Applikazzjonijiet għall-permess ta’ residenza jridu ikunu ffirmati minn min iħaddimhom u l-permess jispiċċa jekk l-applikant ma jibqax f’dak ix-xogħol. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn fuq: https://singlepermit.gov.mt/
Talbiet għal bdil tal-indirizz jew cards mitlufa li jaqgħu taħt l-SWP, iridu jsiru online fuq is-sit imsemmi. Dan jista’ jsir jew mill-applikant billi jidħol bl-e-ID jew minn min jimpjegah.
Is-Single Work Permit jinsab fuq is-sit ta’ Identità fil-link: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-non-eu-nationals-single-permit/
Nazzjonalitajiet Ingliżi
It-30 ta’ Ġunju 2021 kienet l-aħħar ġurnata biex l-applikanti ta’ Nazzjonalitajiet Ingliżi jissottomettu d-dokument tar-residenza tagħhom skond l-EU/UK Withdrawal Agreement minn Nazzjonalitajiet Ingliżi li kienu qegħdin joqogħdu Malta sat-30 ta’ Diċembru 2020.
Kif stipulat fil-ftehim, talbiet eċċezzjonali li jiġu sottometti wara din id-data jiġu aċċettati biss jekk ikun hemm evidenza ċara u raġonevoli għaliex ma ġietx sottomessa qabel id-data msemmija. Dawn jiġu eżaminati fuq bażi individwali, jiddependi miċ-ċirkustanzi u l-għaliex ma ġewx sottomessi qabel. It-talbiet jistgħu jintbagħtu fuq: [email protected]
Applikanti li għandhom il-card tagħhom skont il-ftehim Brexit/Withdrawal, u jridu jagħmlu sottomissjoni biex ibiddlu l-indirizz jew jiddikjaraw li l-card tar-residenza hija mitlufa huma mitluba li jibagħtu t-talbiet tagħhom fuq: [email protected]
Applikazzjonijiet Umanitarji
L-għotja ta’ Status ta’ Refugee Subsidiary Protection, taqa’ fi ħdan l-Agenzija Internazzjonali Protettiva. Wara li jinħareġ iċ-ċertifikat tal-Protezzjoni umanitarja, il-Unit tal-e-Residence jipproċessa l-applikazzjoni għall-permess tar-residenza kif mitlub.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi personalment fl-Aġenzija ta’ Identita’ b’appuntament. Din trid tintbagħat b’imejl fuq: [email protected]
Għal aktar tagħrif u linji gwidi, idħol fuq Identita’ fuq: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-non-eu-nationals-international-and-other-types-of-protection/
Inħeġġu biex għal dan l-Uffiċċju jsir kuntatt fuq l-imejls imsemmija hawn taħt.
Kuntatt:
Imejls: [email protected] / [email protected] / [email protected]
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit: 08:00 – 12:30
Indirizz:
e-Residence Unit Għawdex,
Identita’
Binja tat-Torri, Livell 1,
Fortunato Mizzi,
Ir-Rabat, Għawdex,
VCT 2571